Hemm Min Jgħid Li Huma Sinjali Ta’ Konfini U Hemm Min Jgħid Li Kienu Nqatlu 3 kavallieri

Jingħad li dan il-monument tat-3 slaleb b’simboli marbuta mal-Passjoni ta’ Sidna ġesù Kristu saru bi skop. Jiġbdu l-attenzjoni u joħolqu kurżità kbira. Fl-1615, Ħaż-Żabbar flimkien ma’ Wied il-Għajn kienu jiffurmaw parti mill-parroċċa taż-Żejtun. Madwar 650 persuna kienu jgħixu f’ Ħaż-Żabbar u bdew jitolbu bil-ħerqa lill-isqof biex Ħaż-Żabbar isir parroċċa għalih. Din it-talba ġiet aċċettata u…

Tmut Żejtunija Ta’ 104 Snin

Min kienet din it-twajba? Fil-paġna tal-Parroċċa taż-Zejtun għadha kif tħabbret il-mewt ta’ Vitorina Bianco ta’ 104 snin; ex-soċja tal-mużew li kienet ukoll sagristana u anke benefattriċi tal-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena. Vitorina għamlet snin taħdem fost il-poplu u kienet magħrufa għall-qalb tad-deheb li kellha. Il-funeral se jsir għada l-Ħamis 2 t’April 2020 permezz ta’ tislima privata minħabba…