Mur Ħalli L-Karettun Fin-Nofs Illum… Kif Inbidel Iż-żmien!

Innutajna ritratt mill-isbaħ li ttella’ fuq Bay Retro; ritratt li jmur lura għas-sena 1977. Araw ftit id-differenza u kemm jinbidlu ż-żmienijiet. Innutaw l-ilbies, it-triq, ir-rota, il-mara kokka tqalleb fil-ġewlaq u l-omm timbotta lit-tarbija… Iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd. Min jaf, forsi fil-futur (u hekk se jiġri), se jġibu ritratti tagħna kif qed ngħixu…

Isimgħu Liż-Żabbari Fredu Abela ‘Il-Bamboċċu’

Fredu Abela mlaqqam ‘il-Bamboċċu‘ kien wieħed mill-ftit għannejja Maltin li ħallew impatt fuq l-iżvilupp tal-għana Maltija. Twieled f’Ħaż-Żabbar fid-19 ta’ April tal-1944 u ħalla din id-dinja fid-9 ta’ Novembru 2003. Għall-bidu kien jaħdem bħala kunduttur fuq il-karozzi tal-linja u minħabba l-figura tiegħu, tlaqqam il-bamboċċu. Malli għalaq il-15- il sena beda jkanta ma’ zijuh: Salvu Darmanin…

Veru Li Isem Ħaż-Żabbar Ġej Mis-Sengħa Taż-Żbir?

L-ismijiet tal-irħula tbiddlu mas-snin. Jista’ jkun ukoll li tbiddlu mhux biss minħabba ħakkiema ta’ pajjiżna differenti iżda wkoll minħabba l-mod kif il-poplu kien jaqra jew jgħid ċerti ismijiet. Isem li m’għandux x’jaqsam mal-irħula huwa Putirjal li propjament kien Porta Reali. Imma meta mitkellem mill-Maltin, ma kinitx idurilhom il-kelma. Studjużi jgħidu li Ħaż-Żabbar ġej mill-kelma Maltija…

Inti Tħobb Tissendika?!

Jgħidulha l-Muxrabija   Hija kelma li ġejja mill-ilsien Għarbi ‘mashrabiya’ u li kienet tifforma parti mill-arkitettura Maltija. Hija bħal tieqa jew parti pproġġettat l’ barra mill-kumplament tal-faċċata tad-dar b’xi toqob jew ftuħ li minnhom tista’ tara. Interessanti huwa l-fatt li inti tara filwaqt li ħaddieħor ma jarakx. Tista’ tissejjaħ ukoll in-‘nemmiesa’ jew ix-‘xerriefa’ u f’Għawdex…