Mhux il-Kavallieri kollha kienu qaddisin! Uħud minnhom qatlu u anke stupraw nisa
Informazzjoni interessanti hija dik li tella’ Evarist Bartolo fuq il-paġna tal-midja soċjali tiegħu dalgħodu. Bartolo jirriċerka dwar il-mod t’għixien f’pajjiżna lura fiż-żmien, anke saħansitra dik riċenti. Bartolo spjega kif meta żagħżugħ nobbli kien jasal Malta, lejn tmiem is-seklu sbatax, biex isir Kavalier tal-Ordni, Kavalieri aktar kbar minnu kienu jiżżuffjettaw bih u jsejħulu “il-Prinċep ta’ Filfla”…



