Illum Santu Kruċ – Illejla Birkirkara Tixgħel bil-ferħ

Il-festa ta’ Santu Kruċ f’Birkirkara hija waħda mill-aktar ċelebrazzjonijiet antiki u sinifikanti fil-kalendarju reliġjuż Malti, u tibqa’ sal-lum manifestazzjoni qawwija ta’ fidi, tradizzjoni u identità komunitarja. Din il-festa hija marbuta mill-qrib mal-qaddisa patruna tal-lokalità, Santa Elena, li skont it-tradizzjoni Nisranija sabet is-salib li fuqu ġie msallab Ġesù Kristu fis-seklu erbgħa. Dan l-avveniment, magħruf bħala s-Sejba…

Inawgurat iċ-Ċentru CAYS f’Birkirkara biex jissaħħu s-servizzi għat-tfal u ż-żgħażagħ

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura uffiċjalment iċ-Ċentru tas-Servizzi għat-Tfal, l-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ (CAYS) f’Birkirkara, flimkien mal-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela. Dan iċ-ċentru ġdid joffri servizzi moderni u speċjalizzati taħt saqaf wieħed, immirati biex itejbu l-kura u l-appoġġ mogħti lit-tfal, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Il-faċilità tlaqqa’ flimkien żewġ servizzi li qabel kienu joperaw separatament…

Wirt arkitettoniku f’Birkirkara mhedded li jintilef

F’Birkirkara hemm binja li għal ħafna snin kienet parti mill-identità arkitettonika tal-lokalità, iżda llum qed tħabbat wiċċha mar-riskju li tispiċċa mitluqa u titkisser maż-żmien. Din il-proprjetà magħrufa bħala Villino Grech hija dar residenzjali li tispikka b’disinn arkitettoniku partikolari ta’ nofs is-seklu għoxrin, u li għal snin twal kienet meqjusa bħala landmark fil-lokalità. Il-binja ġiet iddisinjata…

F’Birkirkara Hemm Santwarju…

Santwarji Marjani f’Pajjiżna Meta wieħed jaqra t-titlu ta’ dan l-artiklu mill-ewwel jiġu f’moħħu Santwarji bħal dak tal-Vitorja f’l-Isla, Mellieħa u x-Xagħra, tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, tal-Kunċizzjoni f’Bormla, Tal-Karmnu fil-Belt Valletta u Ta’ Pinu f’Għawdex u oħrajn li huma magħrufin sewwa u li jgawdu devozzjoni kbira. Dawn huma popolari ħafna u kollha għandom knejjes kbar li jixhdu l-popolarità…

Bil-Filmat: L-Akbar Arma Bħalissa Hija L-Kuraġġ!

  F’dawn il-mumenti l-akbar arma għandha tkun dik tal-kuraġġ. Huwa minnu li ma jfissirx li għadda kollox imma anqas nistgħu nibqgħu mbeżżgħin. Irridu nagħmlu kuraġġ flimkien. Dan kien l-iskop wara l-mixgħela tal-faċċata tal-Bażilika Kolleġġjata ta’ Santa Liena f’Birkirkara fuq inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Il-ħsieb imur fuq il-front liners dedikati…

Bil-Filmat: Ġejt Magħżula Biex Issib L-Għuda Mqaddsa Tas-Salib – Santu Kruċ F’Birkirkara

Il-Karkariżi bħal-lum iqumu ferħana għaliex il-padruna ta’ raħal twelidhom toħroġ darba oħra qabel il-festa titulari f’Awissu. Iżda ferħana iżjed minn hekk, minħabba d-devozzjoni antika lejn is-Salib Imqaddes li sabet l-Imperatriċi Awgusta Sant’Elena. Din hija festa antika li l-Knisja Rumana ilha tiċċelebra sa minn żmien il-qedem; festa propju ad unur is-sejba tar-relikwa qaddisa tas-Salib. Din is-sena…