Investiment ta’ €150 miljun fil-MedTech b’250 impjieg ġdid ta’ kwalità

Investiment ġdid ta’ €150 miljun fis-settur tal-MedTech minn Vantive se jwassal għall-ħolqien ta’ 250 impjieg ġdid ta’ livell għoli, filwaqt li jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru Ewropew għal industriji avvanzati u ta’ valur miżjud. Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, ħabbar dan il-proġett li se jinkludi faċilitajiet moderni ta’ manifattura…

Servizz ġdid ta’ fast ferry jgħaqqad lil Tas-Sliema, Buġibba u Għawdex b’trasport marittimu bla ħlas

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura uffiċjalment servizz ġdid ta’ fast ferry li se jgħaqqad lil Tas-Sliema ma’ Buġibba u lil Buġibba ma’ Għawdex, f’inizjattiva li tkompli ssaħħaħ il-konnettività bejn il-gżejjer u madwar Malta. Akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u l-Ministru Chris Bonett, il-Prim Ministru spjega kif dan is-servizz bejn Tas-Sliema u Buġibba se jkun…

Residenza ġdida ta’ Caritas fin-Naxxar biex tappoġġja l-aħħar fażi tar-riabilitazzjoni mid-droga

Qed jitkompla jissaħħaħ l-appoġġ għal persuni li jkunu temmew programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga, hekk kif il-Fondazzjoni Caritas tinsab viċin li tiftaħ residenza ġdida ta’ “after care”. Din ir-residenza, li tinsab fin-Naxxar, hija maħsuba bħala pass importanti bejn ir-riabilitazzjoni u l-ħajja indipendenti. Din il-fażi hija meqjusa fost l-aktar delikati, peress li r-riskju li persuna terġa’ taqa’…

Eluf ta’ Maltin u Għawdxin attendew l-edizzjoni tal-AgriFair 2026

Eluf ta’ Maltin u Għawdxin attendew l-edizzjoni tal-AgriFair 2026, li saret fuq tlett ijiem fil-MFCC f’Ta’ Qali, u li għal darb’oħra kkonfermat ruħha bħala wieħed mill-akbar avvenimenti ddedikati għas-setturi agrikoli u marittimi f’Malta. Il-viżitaturi setgħu jgawdu minn varjetà ta’ esebizzjonijiet li kienu jinkludu prodotti lokali, annimali, makkinarju modern u innovazzjonijiet fil-qasam agroalimentari. L-attendenza qawwija kompliet…

Investiment fir-riċerka biex tissaħħaħ il-kura fl-ewwel stadji tat-tqala

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, nieda l-proġett SEED (Study of Early Events in Development), studju nazzjonali mifrux fuq tliet snin li għandu l-għan li jtejjeb il-kura u jkabbar l-għarfien dwar l-ewwel trimestru tat-tqala f’Malta. Dan il-proġett se jkun pass importanti lejn kura aktar ibbażata fuq evidenza. Permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Fakultà…

Binja ġdida f’Ħal Għaxaq tinbidel f’sala għall-komunità u servizzi lokali

Binja f’Ħal Għaxaq li kienet taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet issa ġiet mgħoddija lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, b’kera ta’ ħames snin u b’kollaborazzjoni mal-Awtorità tad-Djar. L-iskop huwa li din tinbidel f’sala ġdida għall-kunsill sabiex tissaħħaħ il-ħidma fil-komunità. Il-binja, li tinsab fi Vjal il-Labour u tkopri madwar 75 metru kwadru, se tintuża biex toffri diversi servizzi…

ENVISION2050 – Dwar il-futur kreattiv ta’ Malta. Ipparteċipa.

Il-pubbliku qed jiġi mistieden jipparteċipa fil-konsultazzjoni ENVISION2050, li se tiddiskuti l-futur kreattiv ta’ Malta. Din is-sessjoni se tkun iddedikata għall-arti, il-kultura u s-settur kreattiv, fil-kuntest tal-erba’ pilastri strateġiċi tal-viżjoni ta’ Malta sal-2050. Il-Kunsill Malti għall-Arti qed iħeġġeġ lill-pubbliku, il-professjonisti u l-partijiet interessati biex jagħtu l-kontribut tagħhom, sabiex il-viżjoni fit-tul ta’ Malta tirrifletti wkoll il-ħtiġijiet tas-settur…