Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha fis-settur spazjali permezz tal-ESA Industry Days 2026

Xjenza Malta ospitat l-ESA Industry Days 2026 bejn it-22 u l-24 ta’ April, f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Dan l-avveniment ġabar flimkien diversi atturi ewlenin biex jissaħħu r-relazzjonijiet internazzjonali u jinbnew sħubijiet ġodda fis-settur spazjali Ewropew. Il-konferenza prinċipali saret bejn it-23 u l-24 ta’ April fil-The Phoenicia Malta, u laqqgħet delegazzjonijiet minn aktar minn disa’ pajjiżi…

Investiment fir-riċerka biex tissaħħaħ il-kura fl-ewwel stadji tat-tqala

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, nieda l-proġett SEED (Study of Early Events in Development), studju nazzjonali mifrux fuq tliet snin li għandu l-għan li jtejjeb il-kura u jkabbar l-għarfien dwar l-ewwel trimestru tat-tqala f’Malta. Dan il-proġett se jkun pass importanti lejn kura aktar ibbażata fuq evidenza. Permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Fakultà…

Workshop għal għaqdiet tal-festa biex isaħħu s-sigurtà u l-benesseri taż-żgħażagħ

L-Aġenzija Żgħażagħ organizzat workshop apposta għall-għaqdiet tal-festi biex tgħinhom joħolqu “Safe Operations Policies”, bil-għan li jsaħħu l-mod kif joperaw, speċjalment fejn tidħol is-sigurtà u l-benesseri taż-żgħażagħ. Għal din l-inizjattiva attendew ukoll benefiċjarji tal-iskema BOOST li jaħdmu fil-qasam tal-festi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Il-laqgħa serviet bħala bidu ta’ proċess fejn dawn l-għaqdiet volontarji se jingħataw…

Innovazzjoni fin-nutrizzjoni: riċerka Maltija b’teknoloġija intelliġenti għal ħajja aktar b’saħħitha u sostenibbli

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, flimkien ma’ Xjenza Malta, organizza r-raba’ avveniment minn sensiela ta’ sitt dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Matulu tħabbar investiment ta’ €530,000 f’erba’ proġetti innovattivi li jiffukaw fuq in-nutrizzjoni, is-sigurtà tal-ikel u l-impatt ambjentali – oqsma li jolqtu direttament il-ħajja ta’ kuljum u l-għażliet tal-konsumatur. Dan l-avveniment kompla fuq diskussjonijiet preċedenti…

Aktar każini tal-banda jibbenefikaw minn fondi għat-taħriġ mużikali taż-żgħażagħ

Aktar minn 50 każin tal-banda qed igawdu minn finanzjament permezz tal-iskema ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’, b’fokus ċar fuq l-iżvilupp tat-talent żagħżugħ f’Malta u Għawdex. Din is-sena, in-numru ta’ każini li qed jibbenefikaw żdied b’mod sostanzjali, minn 33 għal 57, b’investiment totali li jaqbeż il-€130,000. Permezz ta’ din l-għajnuna, kull każin jista’ jirċievi sa €3,000…

Il-programm Life Hack estiż għal sitt skejjel medji madwar Malta u Għawdex

Il-programm Life Hack se jkun estiż għal sitt skejjel medji madwar Malta u Għawdex wara s-suċċess tal-fażi pilota tiegħu. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma, ippreżentaw iċ-ċertifikati lill-ewwel grupp ta’ żgħażagħ li temmew b’suċċess dan il-programm. Matul iċ-ċerimonja tħabbar li, bħala parti mill-miżuri tal-Budget 2026,…

Żgħażagħ ta’ 16-il sena jingħataw l-opportunità jiftħu kumpanija

Tħabbar qafas legali ġdid li se jippermetti liż-żgħażagħ minn 16-il sena ’l fuq jiftħu kumpanija tagħhom permezz ta’ sistema regolata u responsabbli. Din l-aħbar ingħatat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt attività fil-Kulleġġ Ġ. F. Abela Junior College. Din il-miżura, magħrufa bħala Intrapriża16, kienet diġà tħabbret fil-Budget ta’ din is-sena u għandha l-għan li toħloq opportunitajiet…

Investiment f’erba’ proġetti li jsaħħu l-innovazzjoni fl-Intelliġenza Artifiċjali u t-Teknoloġiji Diġitali

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni organizza t-tielet minn sitt avvenimenti tematiċi li se jsiru matul din is-sena b’kollaborazzjoni ma’ Xjenza Malta. Wara żewġ diskussjonijiet li ntlaqgħu tajjeb, din id-darba l-avveniment iffoka fuq l-Intelliġenza Artifiċjali u t-Teknoloġiji Diġitali, żewġ oqsma li qed imexxu bidla importanti fid-dinja tal-lum. Din is-sensiela ta’ laqgħat se tkompli fix-xhur li…

Imnedija r-Renewal Spring Camps biex iż-żgħażagħ isaħħu l-benesseri tagħhom waqt il-vaganzi tal-Għid

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti nieda l-inizjattiva Renewal Spring Camps, organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ bit-tema Reset, Refocus, Revise. Dawn il-camps huma maħsuba biex joffru opportunità liż-żgħażagħ biex matul il-vaganzi tar-rebbiegħa jieħdu pawża attiva, jirriflettu u jippreparaw ruħhom aħjar għall-perjodu li ġej. Fl-okkażjoni tat-tnedija, Keith Azzopardi Tanti enfasizza l-importanza li ż-żgħażagħ ikollhom spazji fejn jistgħu jieqfu mill-pressjonijiet…

Aktar minn €500,000 investiment f’għaqdiet taż-żgħażagħ permezz tal-iskemi BOOST u INVEST għall-2026

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma, ippreżentaw l-għotjiet tal-iskemi BOOST u INVEST lil numru ta’ għaqdiet taż-żgħażagħ. Dan l-investiment jagħmel parti mill-impenn fit-tul tal-Gvern biex isaħħaħ ir-rwol taż-żgħażagħ bħala ċittadini attivi li jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà. Permezz tal-iskema BOOST, 131 benefiċjarju se jirċievu kważi €380,000…