It-3 Kardinal F’Pajjiżna… L-Ewwel Wieħed Minn Għawdex… Awguri Mons. Mario Grech

L-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech se jsir l-ewwel kardinal mill-gżira Għawdxija u t-tielet wieħed f’pajjiżna wara Prospero Grech u Fabrizio Sciberras Testaferrata lura sew fl-istorja ta’ pajjiżna. Fil-fatt, testaferrata għex bejn l-1757 u l-1843. Imbagħad, mhux daqshekk il-bogħod fi żmienna, kellna lil Prospero Grech, Agostinjan li miet is-sena li għaddiet propju fit-20 ta’ Diċembru tal-2019.…

Għawdxi Jingħata L-Ogħla Unur Mill-Papa Franġisku

Charles Spiteri minn Għajnsielem illum ingħata l-ogħla unur mill-Knisja Kattolika; unur direttament ġej minn Papa Franġisku li jissejjaħ Pro Ecclesia et Pontifice. Dan jingħata lil dawk il-persuni li jagħmlu ġid lill-knisja kattolika fid-diversi modi tal-ħajja. Fil-każ ta’ Charles Spiteri, ilu ħajtu jikteb ġurnaliżmu b’relazzjoni mal-Knisja f’Għawdex; djoċesi żgħira iżda li twettaq ħafna ġid. Dan kien…

Bħal-Lum 3 Xhur Niċċelebraw Jum Il-Vitorja… L-Ewwel Sajf Malti Bla Festi!

Illum it-8 ta’ Ġunju 2020 jimmarka bidu ta’ ġimgħa ġdida għal pajjiżna fejn 3 ijiem ilu rajna t-tneħħija tal-miżuri li kienu mposti minħabba l-pandemija tal-Covid-19 għal 3 xhur sħaħ. Nistgħu ngħidu li pajjiżna mexa tajjeb waqt din l-imxija li affettwat lil kulħadd. Iżda rridu ngħidu wkoll li din in-normalità li qed ngħixu hija differenti u…

Il-Ġimgħa Mqaddsa Differenti Mis-Soltu…Araw il-Programm

F’komunikat mill-kurja, il-midja kollha rċeviet dettalji ta’ xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna. Dawn ser ikunu hekk: Il-Ħadd 5 ta’ April, fid-9:30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm, u wara jkompli bil-Passjoni tal-Mulej fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. It-Tnejn…