Inawgurat iċ-Ċentru CAYS f’Birkirkara biex jissaħħu s-servizzi għat-tfal u ż-żgħażagħ
Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura uffiċjalment iċ-Ċentru tas-Servizzi għat-Tfal, l-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ (CAYS) f’Birkirkara, flimkien mal-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela. Dan iċ-ċentru ġdid joffri servizzi moderni u speċjalizzati taħt saqaf wieħed, immirati biex itejbu l-kura u l-appoġġ mogħti lit-tfal, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Il-faċilità tlaqqa’ flimkien żewġ servizzi li qabel kienu joperaw separatament…






