Għaddejjin ix-xogħlijiet biex Għar Lapsi jerġa’ jingħata lura lin-nies

Ix-xogħol biex iż-żona ta’ Għar Lapsi, fis-Siġġiewi, terġa’ tingħata lura lin-nies qed javvanza b’pass tajjeb. Fl-aħħar ġimgħat, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi beda proġett ta’ riġenerazzjoni wara l-ħsarat kbar li ġabet magħha l-maltempata Harry ftit xhur ilu. Din il-maltempata affettwat serjament l-aċċess għall-bajja u wkoll l-islipway li tintuża b’mod partikolari mis-sajjieda. Ix-xogħlijiet bdew wara li ntemmet konsultazzjoni…

Fuq miljun u nofs b’riżq id-Dar tal-Providenza – Poplu li jagħti b’imħabba

Ilbieraħ, fil-maratona ġbir ta’ fondi b’riżq id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi nabret is-somma sabiħa ta’ €1,556,453. Somma bżonnjuża sabiex din id-dar tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha favur il-persuni b’diżabbilità. Din twaqqfet lura fl-1965 minn Monsinjur Mikiel Azzopardi. Festa ta’ ġenerożità. Is-sena t-tajba lil kulħadd.

Tliet Monumenti Ta’ Personalitajiet Siġġiewin Irrestawrati.

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħabbar li tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq tliet monumenti ta’ personalitajiet distini mis-Siġġiewi; dak ta’ Patri Ġużè Delia, il-Poeta Karmenu Vassallo u ta’ Pawlu Aquilina. L-Artist Aaron Camilleri Cauchi kelli din il-biċċa xogħol f’idejh fejn f’dawn l-aħħar ġimgħat għamel xogħol impekkabbli. Dan kien l-ewwel proġett kulturali li l-Kunsill Lokali Is-Siġġiewi ħadem fuqu…

Fis-Siġġiewi Ser Jiżdied L-Armar Tal-Milied Biex Jgħola L-Moral Fis-Sena Tal-Pandemija

“Fi żminijiet diffiċli u partikolari li għaddejjin minnhom fil-preżent, il-Kunsill Lokali ħass il-bżonn li minkejja dawn iż-żminijiet xejn feliċi mhux biss għanda narmaw l-armar li jintrama is-soltu, iżda investejna f’aktar armar tal-Milied sabiex jitgawda minnkom is-Siġġiewin u minn dak kollha li jħobbu jżuru r-raħal tagħna f’dawn iż-żminijiet”, tenna s-Sindku Dominic Grech fuq il-facebook tiegħu. Qal…

X’Kien Ġara Fis-Siġġiewi Meta F’Malta Kien Hawn Nixfa Kbira?

Din il-knisja tinstab f’wieħed mill-iktar postijiet pittoreski tal-gżejjer tagħna. Fil-fatt mhux l-ewwel darba li naraw pittura li fiha tidher din il-knisja u l-irdumijiet tal-Fawwara. Taħt din il-knisja nsibu nixxiegħa tal-ilma naturali li tibqa’ tnixxi l-ilma s-sena kolla. Għalhekk dawn l-inhawi huma fertili ħafna. L-istorja marbuta ma’ din il-knisja devota tal-Madonna tal-Karmnu toħodna lura għas-seklu15 meta…