Ħidma aktar intensiva biex Malta tibqa’ nadifa matul l-istaġun tas-sajf

Matul l-istaġun turistiku, id-Dipartiment għat-Tindif u l-Manutenzjoni qed ikompli jżid il-ħidma tiegħu f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex sabiex iż-żoni pubbliċi jibqgħu nodfa, siguri u attraenti kemm għar-residenti kif ukoll għall-viżitaturi. Bħalma jiġri tul is-sena kollha, id-Dipartiment jibqa’ għaddej b’ħidma regolari ta’ tindif u manutenzjoni. Madankollu, matul ix-xhur tas-sajf, meta jiżdied b’mod sostanzjali n-numru ta’…

Ktieb ġdid jenfasizza l-potenzjal ta’ Bormla bħala destinazzjoni ta’ turiżmu sostenibbli

Ġie ppubblikat ktieb ġdid bit-titlu Bormla and its Tourism Potential, mill-Osservatorju dwar it-Turiżmu f’Malta, li jpoġġi fid-dawl il-wirt storiku u kulturali rikk ta’ Bormla, filwaqt li jenfasizza l-opportunitajiet li din il-belt toffri għal turiżmu sostenibbli u ta’ kwalità. Il-pubblikazzjoni, miktuba mill-Professur Godfrey Baldacchino, l-Inġinier Paul R. Micallef u Dr John Vella, ġiet imnedija nhar il-Ġimgħa…

Bil-Filmat: Il-banda ta’ San Pawl il-Baħar iġib il-briju tas-sajf f’Buġibba u l-Qawra

Il-ħoss tal-festa Maltija u l-mużika tal-banda laħqu kullimkien dan is-sajf f’Buġibba u l-Qawra. Matul il-ġimgħat li għaddew, is-Soċjetà Mużikali San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar organizzat għaxar servizzi mużikali li qanqlu l-interess kemm tal-Maltin kif ukoll tat-turisti. Ħafna mill-viżitaturi, li kienu mixjin fit-toroq jew jistrieħu fil-lukandi, ma felħux jirreżistu u waqfu biex igawdu l-briju tal-marċi…

Bil-Filmat: Smewwiet L-Imqabba Lbieraħ Inxtegħlu Bil-Ġmiel Tal-Piroteknika Maltija U Internazzjonali

Ilbieraħ ittella’ t-tielet avveniment tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar fl-Imqabba fejn apparti l-wirjiet tradizzjoni mill-bravissimi u tant kapaċi Maltin, kien hemm ukoll żewġ spettakli oħra ta piroteknika sikronizata mal-mużika mill-Ukraina u mill-Italja. Saru wkoll sett ta’ 3 spettakli ta’ piroteknika sikronizata mal-mużika fix- Xagħra, Għawdex u 2 spettakli oħra ta’ piroteknika sikronizata mal-mużika, nhar it-Tnejn li…

Jiftaħ Mill-Ġdid L-Ajruport Internazzjonali Ta’ Malta Wara 3 Xhur…

Illum huwa jum li tista’ ssejjaħlu storiku għal pajjiżna fejn reġa’ fetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex jilqa’ l-ewwel turisti li se jżuruna. Dan wara 3 xhur magħluq minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li laqtet id-dinja kollha. Żgur li kien żmien diffiċli u li mhux se ninsewh qatt. Pajjiżna ħadem b’għaqal kbir biex inaqqas it-tixrid tal-Covid-19 fostna…

“Malta u Għawdex Huma Żewġ Gżejjer Li Huma Covid Safe” – Il-Prim Ministru

Aktar kmieni llum smajna intervista mill-Prim Ministru Robert Abela fejn wera pożittività li żgur għenet ħafna fil-moral tal-poplu Malti u Għawdxi. Għalkemm għadu ma spiċċax kollox, żgur li rridu nammettu li pajjiżna kellu suċċess fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Dan wera serjetà kbira mill-Awtoritajiet tas-saħħa flimkien mal-Gvern li ħadmu id f’id biex ir-riperkussjonijiet fuq kulħadd, ikunu l-inqas…