Bħal-lum 25 ta’ Frar tal-1957 waslu minn Ruma, iż-żewġ kwadri tal-Caravaggio li kienu fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Dawn ġew lura mir-restawr.
Mit-Tarzna, fejn waslu fuq bastiment tar-Royal Navy, ittieħdu fil-Mużew Nazzjonali; punt li qajjem tilwima bejn il-Knisja u l-Gvern.
Wara, tpoġġew f’posthom fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.
Ritratt: Malta Info Guide








