Jum Li Se Jibqa’ Mfakkar Fl-Istorja – Jasal Il-Vaċċin Kontra L-Covid-19

Illum 26 ta’ Diċembru 2020 wasal f’Malta l-vaċċin kontra l-coronavirus li biddel is-sena 2020 f’waħda mimlija restrizzjonijiet u anke mwiet. Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne laqgħu l-ewwel 10,000 vaċċin kontra dan il-virus fejn minn għada jibdew jitlaqqmu l-ewwel nies. Awguri lil kulħadd!

Ejjew Ningħaqdu Għaliex Iż-Żmien Iebes Ma Jarax Kuluri U Partiti…

Mingħajr ma wieħed jew waħda jallarma ruħu, ilkoll nafu x’inhi s-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19. Dan huwa mument fejn ningħaqdu bħala nazzjon u nneħħu l-għamad politiku kontra xulxin. Dan huwa mument li jekk se nbatu se jbati kulħadd, jekk se ngawdu ser igawdi kulħadd. Is-sitwazzjoni hi hemm għal kulħadd u ma tarax la kuluri u qas differenzi…

Mhux Se Jinħarġu Aktar Permessi Għall-Marċi Tal-Festi

Mhux se jinħarġu akar permessi għall-marċi tal-festi! Dan tħabbar ftit tal-minuti ilu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza li għadha għaddejja bħalissa, dwar is-sitwazzjoni attwali ta’ Covid-19. Fakkar ukoll li ser ikun hemm ‘standards’ ġodda fosthom li minn għada fit-8.00, f’kull avveniment in-numru ta’ nies irid ikun limitati skont id-daqs tal-venue li…

Malta Tiċċelebra L-Ewwel Darba Ġimgħa Sħiħa Bla Ebda Każ Ġdid ta’ Covid-19

Illum pajjiżna jiċċelebra ġimgħa sħiħa mingħajr ebda każ ġdid ta’ Covid-19. Hekk tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-saħħa Chris Fearne fuq il-paġna tal-facebook tiegħu. Din hi l-ewwel darba minn meta feġġet il-pandemija f’pajjiżna li għalaqna ġimgħa sħiħa bla ebda każ ġdid! F’pajjiżna sa issa fiequ 661 minn total ta’ 674. Każi attivi nsibu biss…

Illum Daħlu Fis-Seħħ Miżuri Ġodda… X’Taħsbu Dwar Dan?

Mil-lum il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020 bosta negozji reġgħu fetħu l-bibien tagħhom jew inkella ser jagħmlu hekk minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, hekk kif ukoll restoranti fost oħrajn, mistennija jippruvaw jerġgħu mmorru lura għan-normal; normal meqjus differenti milli nafu jew li mdorrijin bih. Ser jiftħu wkoll lukandi u anke ħwienet tax-xagħar u dawk ta’…

Saċerdoti Għawdxin Taw €100 U Anke Iżjed Biex Jinxtara ‘Ventilator’ Għall-Isptar…

Nistgħu nsejħulu ġest nobbli u verament Kristjan dak li għamlu s-saċerdoti Għawdxin fejn ħarġu flus minn jheddhom biex jinxtara ‘ventilator’ għall-isptar ġenerali t’Għawdex. Forsi nisimgħu ħafna kritika kemm il-Knisja tiġbor flus; li wara kollox għall-ġid tal-komunità iżda xorta ssib min ikun irid jgħaddi kumment dispreġġjativ. Iżda fil-mument tal-prova, rajna kemm verament dawn is-saċerdoti wettqu att…

L-Ewwel 100 Jum Tal-Prim Ministru Robert Abela

Illum huwa l-100 jum fit-tmexxija bħala Prim Ministru ta’ Dr. Robert Abela. Twieled fis-7 ta’ Diċembru tal-1977. Dr. Abela huwa avukat u politiku li qed iservi bħala l-14 -il Prim Ministru ta’ Malta. Kien elett fil-Parlament fl-2017 u wara elezzjoni għall-mexxej fil-11 ta’ Jannar ta’ din is-sena 2020, Dr. Abela ġibed is-simpatija u s-sapport tal-votanti…