Jibda X-Xogħol Biex Jinbena L-Istitut Ta’ Fra Diegu Fil-Ħamrun

Bħal-lum fl-1887, kien beda x-xogħol fuq l-Istitut ta’ Fra Diegu fil-Ħamrun, mill-flus imħollija mill-Markiż Scicluna. Kien hemm tama li x-xogħol jitlesta sal-anniversarju tar-Reġina Vittorja. L-istitu kellu jilqa’ 200 tfajla. Il-Markiż Scicluna kien benefattur kbir speċjalment fir-raħal li kien jgħix fih; in-Naxxar. Sal-lum, il-Markiż Scicluna jissemma bil-bosta fuq fomm in-Naxxarin, speċjalment malli toqrob il-festa li tagħha…

X’Kien Ġara Bħal-Lum Fil-Ħamrun?

Minkejja li f’Malta daħlu bosta drawwiet ġodda u influwenzi barranin maż-żmien, fir-rigward taċ-ċelebrazzjoni tal-Milied, il-poplu tagħna għadu jgħożż sew dawn il-jiem. Għal ħafna anzjani u anke dawk iżgħar fl-età, il-Milied jibqa’ mument reliġjuż u qaddis. Lura fl-istorja, kienu d-Dumnikani tal-Belt Valletta li fi żmien il-Kavallieri bdew jagħmlu n-Novena. Dawn kienu disat ijiem ta’ tħejjija għall-Milied…

Tafu Kif Ġie L-Laqam Tal-Madonna Tas-Samra?

Il-Ħamrun huwa lokalità li żviluppa dawn l-aħħar 150 sena. L-eqdem parti tal-Ħamrun hija bla dubju ta’ xejn il-parti viċin tal-knisja ddedikata lill-Madonna tas-Samra. L-istorja ta’ kif bdiet id-devozzjoni lejn din il-Madonna teħodna fil-Birgu waqt l-Assedju l-Kbir. Jidher li negozjant li kien jismu Toni Spinaci u li kien joqgħod fil-Birgu, ġarrab qatgħa kbira meta waqt l-attaki…

Għaliex Hemm Is-Slaleb Mal-Ġnub Tal-Knisja Ta’ San Gejtanu Tal-Ħamrun?

Innutajna post ħelwa fil-paġna Providenza b’kollaborazzjoni ma’ Gianluca Grech li tqanqal interess f’ħafna. F’din il-paġna ntqal li dawk is-slaleb minquxa mill-ġebla mal-ħajt fuq in-naħa tax-xellug tal-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun kienu saru għal skop importanti. Din il-knisja nbniet f’nofs is-sekla 19. Dahar ma’ dahar ma’ dawn is-slaleb, kien hemm l-artali mqaddsa. Dawn is-slaleb jindikaw…

Iħallina Elia Borg Bonaci – Il-Ħanut Huwa Ikona Fil-Ħamrun

Żgur li xi darba jew oħra żortu l-kafetterija ta’ Elia fil-Ħamrun. Post li għadu bi stil tradizzjonali li jilqgħak; apparti t-tjubija tal-prodotti ġenwini li joffru u anke s-simpatija u l-karattri ferrieħa tal-familjari li jaħdmu fil-ħanut stess. Illum tħabbar li ħalliena Elia. Elia flimkien ma’ ħames ħutu oħra kabbru n-negozju ta’ missierhom li beda lura fl-1953,…