Kont Taf Li Taħt Il-Maċina Hemm Ix-Xelters?

Iva smajtu sew. Ritratti li ttellgħu fil-grupp Nostalgia Malta juru x-xelters ta’ taħt il-Maċina li ntużaw matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Impressjonanti tassew! Fl-istess grupp, intwera sapport li dawn għandhom ikunu rrestawrati u miftuħa għall-għajn pubblika. Il-kelma Maċina ġejja mill-kelma Taljana ‘Macchina’ fejn purament kienet tintuża bħala biex jitneħħew arbli minn fuq ix-xwieni fi żmien il-Kavallieri.…

Qatt Rajtuh Dan Ir-Ritratt Tal-Planċier L-Antik Tal-Isla?

U għal darb’oħra r-rispons tagħkom ma qatax. Verament grati lejkom u turuna kemm hu għal qalbkom wirt pajjiżna. Joseph Busuttil mill-Isla bagħatilna dawn iż-żewġ ritratti l-ġmiel tagħhom tal-planċier l-antik tal-Banda li kien jintrama għall-festa tal-Bambina. Qalilna li kien jintrama fil-fetħa li hemm fi Strada Vittorja u kien jinżamm fil-kannierja tal-Knisja ta’ San Filippu Neri. Illum…

4 Pitturi Ta’ Rocco Buhagiar Fil-Bażilika Sengleana Rrestawrati

Saret opra tajba mal-arti fl-Isla fejn sar konservazzjoni u restawr ta’ 4 pitturi li jinsabu fis-Sagristija Maġġuri tal-Bażilika tal-Belt Senglea. Dawn huma xogħol il-pittur Rocco Buhagiar. Ir-restawr sar mid-ditta Prevarti b’kollaborazzjoni fejn il-Fondazzjoni tal-Kottonera u l-‘Good Causes Fund’ kif ukoll minn benefatturi Sengleani stess. Bis-saħħa ta’ ġesti bħal dawn, l-istorja u l-wirt artistiku ma jintilifx. Prosit…

Bil-Filmat: Bħal-lum 100 Sena Ilu S-Sengleani Rċevew Aħbar Sabiħa Li…

Bħal-lum 25 ta’ April 100 sena ilu, il-Papa Benedittu XV ta permess biex jiġi ffirmat id-digriet biex tiġi nkurunata l-vara mirakoluża u devota ta’ Marija Bambina tal-Belt Senglea. Din ta’ hawn taħt hija t-traduzzjoni li għamel L-Kan. Tez. Dr Jonathan Farrugia tad-digriet: Lill-wisq għażiż u Reverendissimu Sinjur Mawru Caruana Arċisqof ta’ Rodi u Isqof ta’…

100 Sena Ilu Saret Talba Mis-Sengleani…X’Kienet?

Xi jfisser dan kollu llum?! Il-31 ta’ Marzu 1920 hija data importanti għas-Sengleani kif ukoll għall-Knisja f’Malta. Kien dakinhar li Mons. Mauro Caruana Arcisqof ta’ Malta bagħat is-supplika sabiex ix-xbieha devota ta’ Marija Bambina tiġi nkurunata. Għalhekk din is-sena qed infakkru l-100 sena minn meta saret din it-talba b’mod uffiċċjali lill-Papa Benedittu XV. Ritratt: Facebook/…