Il-Ġmiel tal-Kolleġġjata tan-Naxxar Żvelat f’Pubblikazzjoni Ġdida

Nhar il-Ġimgħa li għadda, fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar, ġie mniedi uffiċjalment il-ktieb “Il-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar – Fi Żmien il-Festa”, pubblikazzjoni miktuba mill-Eċċellenza Tiegħu Ambaxxatur ta’ Malta għan-Namibja u President tar-Reġjun Tramuntana, Clifford Galea, li wkoll iffinanzja l-pubblikazzjoni minn fondi personali bħala ġest ta’ mħabba lejn il-parroċċa u l-komunità Naxxarija. Dan il-ktieb, li…

Bil-Filmat: Spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika għada fin-Naxxar – 30 sena Kummissjoni Żgħażagħ tal-Peace

Għada 5 ta’ Settembru 2025, fil-pjazza Toni Bajada fin-Naxxar ser jittella’ spettaklu mill-aqwa, mid-dilettanti tan-nar fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Peace fejn din is-sena se tkun iċċelebrata b’entużjażmu kbir, għeluq it-30 sena Kummissjoni Żgħażagħ. Ta’ Kull sena dan l-ispettaklu qed jiġbed bosta ammiraturi u l-pubbliku jattendi bi ħġaru għal dan l-ispettaklu differenti li jżewweġ l-arti piroteknika…

Ma Qatgħux Qalbhom U Ramaw Il-Faċċata Għall-Festa Xorta Waħda…

Din is-sena il-festi tradizzjonali, reliġjużi u kulturali, bħal ħafna okkażjonijiet oħra ħadu tumakka minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Ilkoll esperjenzajna t-tibdil tal-mod kif il-festa li nafu, kellha tkun iċċelebrata sakemm minħabba raġunijiet ovvji, tħassar kollox għajr funzjonijiet bi gwida. Deċiżjoni għaqlija f’mumenti bħal dawn! Iżda fin-Naxxar l-ispirtu jidher li hu fl-aqwa tiegħu xorta waħda, fejn apparti li…

Bħal-Lum 3 Xhur Niċċelebraw Jum Il-Vitorja… L-Ewwel Sajf Malti Bla Festi!

Illum it-8 ta’ Ġunju 2020 jimmarka bidu ta’ ġimgħa ġdida għal pajjiżna fejn 3 ijiem ilu rajna t-tneħħija tal-miżuri li kienu mposti minħabba l-pandemija tal-Covid-19 għal 3 xhur sħaħ. Nistgħu ngħidu li pajjiżna mexa tajjeb waqt din l-imxija li affettwat lil kulħadd. Iżda rridu ngħidu wkoll li din in-normalità li qed ngħixu hija differenti u…

100 Sena Ilu Saret Talba Mis-Sengleani…X’Kienet?

Xi jfisser dan kollu llum?! Il-31 ta’ Marzu 1920 hija data importanti għas-Sengleani kif ukoll għall-Knisja f’Malta. Kien dakinhar li Mons. Mauro Caruana Arcisqof ta’ Malta bagħat is-supplika sabiex ix-xbieha devota ta’ Marija Bambina tiġi nkurunata. Għalhekk din is-sena qed infakkru l-100 sena minn meta saret din it-talba b’mod uffiċċjali lill-Papa Benedittu XV. Ritratt: Facebook/…