Fis-Siġġiewi Ser Jiżdied L-Armar Tal-Milied Biex Jgħola L-Moral Fis-Sena Tal-Pandemija

“Fi żminijiet diffiċli u partikolari li għaddejjin minnhom fil-preżent, il-Kunsill Lokali ħass il-bżonn li minkejja dawn iż-żminijiet xejn feliċi mhux biss għanda narmaw l-armar li jintrama is-soltu, iżda investejna f’aktar armar tal-Milied sabiex jitgawda minnkom is-Siġġiewin u minn dak kollha li jħobbu jżuru r-raħal tagħna f’dawn iż-żminijiet”, tenna s-Sindku Dominic Grech fuq il-facebook tiegħu. Qal…

Jiftaħ Mill-Ġdid L-Ajruport Internazzjonali Ta’ Malta Wara 3 Xhur…

Illum huwa jum li tista’ ssejjaħlu storiku għal pajjiżna fejn reġa’ fetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex jilqa’ l-ewwel turisti li se jżuruna. Dan wara 3 xhur magħluq minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li laqtet id-dinja kollha. Żgur li kien żmien diffiċli u li mhux se ninsewh qatt. Pajjiżna ħadem b’għaqal kbir biex inaqqas it-tixrid tal-Covid-19 fostna…

“Malta u Għawdex Huma Żewġ Gżejjer Li Huma Covid Safe” – Il-Prim Ministru

Aktar kmieni llum smajna intervista mill-Prim Ministru Robert Abela fejn wera pożittività li żgur għenet ħafna fil-moral tal-poplu Malti u Għawdxi. Għalkemm għadu ma spiċċax kollox, żgur li rridu nammettu li pajjiżna kellu suċċess fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Dan wera serjetà kbira mill-Awtoritajiet tas-saħħa flimkien mal-Gvern li ħadmu id f’id biex ir-riperkussjonijiet fuq kulħadd, ikunu l-inqas…

Il-Proġett ‘Youth Of Gozo’ Mill-Aġenzija Żgħażagħ Se Jara Publikazzjoni Dwar Kif Qattgħu Ħinhom L-Għawdxin Waqt Covid-19

Il-proġett ‘Youth of Gozo’ ta’ Aġenzija Żgħażagħ inħoloq bil-għan li ż-żgħażagħ Għawdxin ikollhom pjattaforma fejn jaqsmu t-talenti u ħiliet tagħhom, kemm dawk li jipprattikaw fil-ħin liberu tagħhom u wkoll dawk li huma stabbiliti. Professjonisti Għawdxin ukoll qasmu l-esperjenzi tagħhom speċjalment fid-dawl taż-żmien li għaddejjin minnu. L-iskop ewlieni kien ukoll li jitwassal messaġġ biex kemm jista’…

Bosta Fondazzjonijiet Maltin Juru S-Solidarjetà Fil-Mument Tal-Prova: Marigold Bi Proġett Għal Żewġ Skopijiet

Bosta drabi nisimgħu b’fondazzjonijiet lokali li jagħmlu avvenimenti jew proġetti li jħallu effett pozittiv lis-soċjetà Maltija. Bħalissa l-Fondazzjoni Marigold għaddejja bi proġett fejn qed jinħadmu maskri tad-drapp biex dak li jkun iżomm ruħu sigur waqt il-pandemija li qed tolqotna tal-Covid-19. Iżda apparti dan l-iskop, hemm skop ieħor; li jinġabru fondi biex l-istess fondazzjoni tkun tista’…

Żomm Djarju Ta’ X’Qed Jiġri Kuljum Waqt COVID-19

Uliedek għad jaqraw fuq dak li għaddejjin minnu bħalissa!   Idea brillanti mill-arkivji nazzjonali ta’ Malta fejn qed iħeġġu lill-pubbliku biex iżomm djarju ta’ dak kollu li għaddejjin minnu bħalissa fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-pandemija COVID-19. Dan biex ‘il quddiem, ħaddieħor ikun jaf x’ġara f’dan iż-żmien. Fil-fatt, kull ġurnata ta’ ħajjitna hija storja u kultant qas nintebħu…