Bil-Filmat: Għandkom Iċ-Ċans Tesperjenzaw Xeni Storiċi B’Mod Virtwali F’Dar Il-Mediterran

Issa tistgħu tgawdu minn mużew virtwali f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Post li jmur lura għas-seklu 16. Intuża bħala Sptar tal-Mediterran u kien magħruf bħala s-Sacra Infermeria. Fuq ordni tal-Granmastru Jean de la Cassiere, din il-binja hija ġawhra u li llum tintuża għal bosta funzjonijiet diversi fosthom konferenzi u laqgħat internazzjonali; insemmu l-Valletta Summit, ic-CHOGM u bost…

Jiftaħ Mill-Ġdid L-Ajruport Internazzjonali Ta’ Malta Wara 3 Xhur…

Illum huwa jum li tista’ ssejjaħlu storiku għal pajjiżna fejn reġa’ fetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex jilqa’ l-ewwel turisti li se jżuruna. Dan wara 3 xhur magħluq minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li laqtet id-dinja kollha. Żgur li kien żmien diffiċli u li mhux se ninsewh qatt. Pajjiżna ħadem b’għaqal kbir biex inaqqas it-tixrid tal-Covid-19 fostna…

Jiżdiedu L-Multi Għal Min Jarmi Skart FIl-Kampanja U L-Widien

Dalgħodu tħabbret żieda fil-multi għal min jarmi skart fil-kampanja u widien. Aħbar tajba għal min għandu għal qalbu l-ambjent, u għandha tkun aħbar tajba għalina lkoll għaliex wara kollox, il-ħmieġ, ħmieġ iġib. F’post fuq il-paġna tal-Facebook tagħha, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li hija wkoll responsabbli mill-maġġoranza tal-widien, sostniet li f’5 snin, inġabru mal-43,007 tunnellata…

Waħda Mill-Imtieħen Tal-Granmastru Perellos Qed Tiġi Rrestawrata…

Spiss naraw bini storiku li għandu bżonn restawr f’pajjiżna. Spiss ngħidu ‘li kieku jagħmluh hekk jew jibdluh f’hekk’… imma tajjeb li nagħtu kredtu lil bosta proġetti ta’ restawr li spiss ukoll qed isiru. Eżempju minnhom hija l-mitħna magħrufa bħala tal-Għaqba fin-Naxxar. Din tinsab biswit l-iskola Higher Secondary fit-telgħa tal-Għaqba; telgħa li minnha nfisha hija wkoll…