Edizzjoni Speċjali tal-Valletta Local Food Festival fil-Pjazza San Ġorġ

Il-Valletta Local Food Festival se jerġa’ jieħu l-ħajja fil-qalba tal-Belt Valletta b’edizzjoni speċjali li se ssir bejn it-3 u l-5 ta’ Lulju 2026 fi Pjazza San Ġorġ. Matul tlett ijiem, il-pubbliku se jkollu l-opportunità jgawdi minn esperjenza ddedikata lill-ikel lokali, il-prodotti tradizzjonali u l-kultura Maltija. L-avveniment qed jiġi organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta flimkien mal-Malta…

Rekord ta’ Applikazzjonijiet għal Skema ta’ Tnaqqis mit-Taxxa fuq Korsijiet Kulturali u Kreattivi f’Malta

Il-Kunsill Malti għall-Arti irreġistra rekord impressjonanti ta’ aktar minn 10,000 applikazzjoni taħt l-iskema ta’ tnaqqis mit-taxxa għal korsijiet kulturali u kreattivi, bl-ogħla numru li qatt intlaħaq sa issa. Din ir-rispons qawwi juri b’mod ċar li hemm domanda kbira u dejjem tikber għall-edukazzjoni kulturali u kreattiva f’Malta. Permezz ta’ din l-iskema, ġenituri u kustodji ta’ tfal…

Żomm dan l-artiklu biex tgħid il-viżti llejla – Ma’ Kull waħda għid Missierna, Sliema u Glorja

Tradizzjoni popolari u devota fejn il-fidili jżuru seba’ knejjes differenti biex iqimu lil Ġesù Sagramentat wara l-Quddiesa tal-Aħħar Ċena.     ✝️ L-Ewwel Viżta – L-Aħħar Ċena Talba:Mulej Ġesù, nirringrazzjak għad-don tal-Ewkaristija. Għinni napprezza l-preżenza tiegħek f’ħajti u nibqa’ dejjem qrib tiegħek. 🌿 It-Tieni Viżta – Ġetsemani Talba:Ġesù, li tlabt fil-waqt tad-dwejjaq, agħtini s-saħħa biex…

Kors ġdid biex isaħħaħ l-integrazzjoni tal-ħaddiema barranin – Il-Kultura u l-Lingwa Maltija

Ġie introdott kors ġdid immirat lejn ħaddiema minn pajjiżi terzi li diġà jinsabu jaħdmu f’Malta, bil-għan li jsaħħaħ l-għarfien tagħhom tal-kultura u tal-lingwa Maltija. Is-sillabu tal-kors tħejja mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jista’ jiġi offrut minn istituzzjonijiet edukattivi Maltin li huma liċenzjati. Il-parteċipazzjoni f’dan il-kors hija obbligatorja u tinkludi wkoll eżami finali. L-applikazzjonijiet se…

Festa Tfal fir-Rabat tal-Imdina għall-festa ta’ San Ġużepp

Ir-Rabat tal-Imdina reġa’ jimtela bil-ferħ u l-entużjażmu waqt il-Festa tat-Tfal organizzata fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp. Din l-attività speċjali, li saret illum, 15 ta’ Marzu 2026, ġabret flimkien numru kbir ta’ tfal u familji li ħadu sehem f’ċelebrazzjoni mimlija tradizzjoni u devozzjoni. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa ddedikata lit-tfal, fejn bosta minnhom ipparteċipaw b’mod attiv fil-liturgija. Wara,…

Imwaqqfa wkoll il-Fondazzjoni tal-Malta Biennale

Inawgurata t-tieni edizzjoni tal-Malta Biennale 2026 It-Tlieta filgħaxija nfetħet uffiċjalment it-tieni edizzjoni tal-Malta Biennale 2026, avveniment artistiku importanti li se jdum għaddej mill-14 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Mejju, fuq medda ta’ 11-il ġimgħa. Din l-edizzjoni, immexxija mill-kuratriċi internazzjonali Rosa Martínez, se tlaqqa’ flimkien aktar minn 130 artist minn Malta u minn madwar id-dinja, li ġejjin…

Għawdex jilqa’ l-Karnival b’ġranet mimlijin kulur u briju

Il-jiem tal-Karnival issa fl-aqwa tagħhom u Għawdex bħall-bieraħ, jilqa’ eluf ta’ nies għal festa li kull sena timla l-gżira b’ħajja, mużika u tradizzjoni. Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, żaru diversi lokalitajiet Għawdxin biex isegwu mill-qrib il-preparamenti li għaddejjin għall-attivitajiet tal-Karnival ta’ din is-sena. Iż-żjara bdiet fin-Nadur, fejn il-Prim…

Il-Pampalun jitfakkar b’mod permanenti fil-Belt Valletta

Fit-8 ta’ Novembru tal-2023, Malta tilfet waħda mill-aktar figuri ikonċi tal-Karnival, hekk kif miet Pawlu Curmi, magħruf aħjar bħala il-Pampalun, fl-età ta’ 92 sena. Għal ħafna snin kien meqjus bħala r-“Re tal-Karnival”, b’mod partikolari fil-Belt Valletta fejn kien sinonimu mal-festa, il-kulur u l-ferħ ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Curmi kien preżenza familjari fil-Karnival Malti, dejjem imżejjen bl-aktar…

Se jerġa’ jittella’ l-Festival Agape bil-għan li jsaħħaħ il-promozzjoni tal-wirt tar-Rabat

Għall-erbattax -il sena konsekuttiva se jerġa’ jsir il-Festival Agape, inizjattiva kulturali u mużikali li tiffoka fuq il-valur artistiku, storiku u spiritwali marbut mar-Rabat. Il-festival, organizzat mill-Fondazzjoni Paulus u taħt il-patronċinju tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, għandu l-għan li jqarrab il-wirt kulturali lejn il-komunità b’mod aktar miftuħ u inklussiv. Il-Festival Agape, li se jittella’ bejn it-23 ta’…

50 attività tal-Karnival f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex

Matul il-perjodu tal-Karnival se jkunu qed jittellgħu madwar 50 attività differenti f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, hekk kif id-Direttorat għall-Gvern Lokali qed ikompli jappoġġja finanzjarjament lill-Kunsilli Lokali sabiex jorganizzaw attivitajiet staġjonali fil-komunitajiet tagħhom. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, li spjegaw…