Jiftaħ il-Padiljun Malti fil-Biennale ta’ Venezja 2026

Infetaħ uffiċjalment il-Padiljun ta’ Malta fil-61 edizzjoni ta’ La Biennale di Venezia 2026, fejn pajjiżna qed jipparteċipa b’wirja artistika kontemporanja li tpoġġi lill-artisti Maltin fuq pjattaforma internazzjonali prestiġjuża. Il-padiljun Malti, bl-isem No Need to Sparkle: Experiments in Love and Revolution, jinsab fl-Arsenale u jiġbor flimkien ix-xogħlijiet tal-artisti Adrian MM Abela, Charlie Cauchi u Raphael Vella.…

Rekord ta’ Applikazzjonijiet għal Skema ta’ Tnaqqis mit-Taxxa fuq Korsijiet Kulturali u Kreattivi f’Malta

Il-Kunsill Malti għall-Arti irreġistra rekord impressjonanti ta’ aktar minn 10,000 applikazzjoni taħt l-iskema ta’ tnaqqis mit-taxxa għal korsijiet kulturali u kreattivi, bl-ogħla numru li qatt intlaħaq sa issa. Din ir-rispons qawwi juri b’mod ċar li hemm domanda kbira u dejjem tikber għall-edukazzjoni kulturali u kreattiva f’Malta. Permezz ta’ din l-iskema, ġenituri u kustodji ta’ tfal…

Strateġija 2030 għall-Arti: Viżjoni Ġdida għal Settur Kulturali Aktar B’saħħtu u Sostenibbli

Tnediet uffiċjalment l-Istrateġija 2030 tal-Kunsill Malti għall-Arti, dokument ġdid li se jiggwida l-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi f’Malta għas-snin li ġejjin. L-istrateġija ġiet ippreżentata quddiem diversi stakeholders, artisti u rappreżentanti tas-settur, u għandha l-għan li twieġeb għall-isfidi u r-realtajiet attwali b’mod aktar strutturat u prattiku. Il-Ministru Owen Bonnici enfasizza li din l-istrateġija turi l-impenn tal-Gvern…

14-il proġett jingħataw finanzjament taħt l-Iskema ta’ Restawr

Erbatax-il proġett se jibbenefikaw minn investiment totali ta’ €190,000 permezz tal-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr, imħabbra mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni. Din l-iskema kienet miftuħa għal organizzazzjonijiet kulturali u volontarji li jeħtieġu appoġġ biex jikkonservaw proprjetà kulturali, kemm ġewwa kif ukoll barra, b’mod partikolari…

Fl-2026 Malta se tieħu sehem fil-Biennale tal-Arti ta’ Venezja u għall-ewwel darba f’dik ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel

Malta kkonfermat li fl-2026 se tieħu sehem mhux biss fil-Biennale tal-Arti ta’ Venezja, iżda wkoll – għall-ewwel darba – fil-Biennale ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel, wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi tal-arti kontemporanja fl-Asja. L-annunzjar sar waqt attività fil-Malta International Contemporary Art Space (MICAS), organizzata mill-Ministeru għall-Kultura u l-Kunsill Malti għall-Arti. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen…

Il-Kunsill Malti għall-Arti jniedi l-installazzjoni l-ġdida fis-sensiela Retold – Burning Waters: Diplomazija Astuta

Il-wirja se tkun esebita fil-Victor Pasmore Gallery sal-3 ta’ Jannar Taħt il-patroċinju tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, il-Kunsill Malti għall-Arti nieda l-kapitlu l-ġdid tas-sensiela Retold, li tfakkar l-għaxar anniversarju tal-Kunsill. Wara suċċess tas-serje aktar kmieni din is-sena, issa qed tkun ippreżentata f’Malta adattazzjoni ta’ wieħed mill-aktar proġetti rikonoxxuti tal-Venice Biennale: Burning Waters – Diplomazija…

Inkomplu ninvestu fil-festa Maltija: Skema ġdida ta’ għajnuna fuq self bankarju għall-każini tal-banda

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, nieda skema ġdida li tnaqqas l-ispiża tas-self bankarju għas-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin. Bl-allokazzjoni ta’ €280,000, din l-iskema għandha l-għan li tgħin lill-każini jagħmlu r-rinnovazzjonijiet u l-proġetti meħtieġa biex isaħħu l-faċilitajiet tagħhom u r-rwol tagħhom fil-komunità. Permezz tal-iskema, każin li jieħu self mingħand…

Il-Kunsill Malti għall-Arti Jniedi Diskussjoni Nazzjonali dwar il-Futur tal-Edukazzjoni Artistika

Il-Kunsill Malti għall-Arti se jorganizza konferenza nazzjonali dwar il-futur tal-edukazzjoni artistika f’Malta, bit-tema “Insawru l-Futur”. Din il-konferenza, li se ssir fil-30 t’Ottubru fil-kampus tal-MCAST f’Raħal Ġdid, se toffri spazju għal djalogu nazzjonali, riflessjoni u diskussjoni dwar kif l-edukazzjoni tal-arti tista’ tkompli tiżviluppa f’pajjiżna. L-avveniment jiftaħ kapitlu ġdid fil-proċess lejn il-ħolqien ta’ Akkademja Nazzjonali għall-Arti Performattiva…

Homo Melitensis inawgurat fil-MUŻA bħala parti mill-inizjattiva RETOLD

Il-wirja Homo Melitensis: An Incomplete Inventory in 19 Chapters, li fl-2017 irrappreżentat lil Malta għall-ewwel darba fil-Biennale ta’ Venezja, issa reġgħet lura lejn pajjiżna u qed tintrama fil-MUŻA, il-Belt Valletta. Din qed issir taħt l-inizjattiva RETOLD tal-Kunsill Malti għall-Arti, programm li jixħet dawl fuq proġetti kulturali Maltin li kisbu suċċess internazzjonali. Matul l-inawgurazzjoni, iċ-Chairman Eżekuttiv…