Il-Mużew ‘Il-Ħaġar’ jissaħħaħ bħala ċentru modern għall-konferenzi u avvenimenti f’Għawdex

Il-Mużew Il-Ħaġar fir-Rabat, Għawdex qed jissaħħaħ bħala spazju modern u adattat għall-konferenzi u l-avvenimenti, grazzi għall-iskema MICE Restoration Scheme. Dan il-pass ifisser aktar opportunitajiet ekonomiċi, aktar viżitaturi ta’ kwalità u attività mifruxa matul is-sena kollha. Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri inawgura r-rinnovar tal-Mużew u Ċentru Kulturali Il-Ħaġar “Heart of Gozo”, li issa joffri…

14-il proġett jingħataw finanzjament taħt l-Iskema ta’ Restawr

Erbatax-il proġett se jibbenefikaw minn investiment totali ta’ €190,000 permezz tal-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr, imħabbra mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni. Din l-iskema kienet miftuħa għal organizzazzjonijiet kulturali u volontarji li jeħtieġu appoġġ biex jikkonservaw proprjetà kulturali, kemm ġewwa kif ukoll barra, b’mod partikolari…

Jibda r-restawr tas-Sur ta’ San Nikola fil-Linji tal-Kottonera

Bdew xogħlijiet estensivi ta’ restawr fuq is-Sur ta’ San Nikola, magħruf ukoll bħala s-Sur ta’ Bieb il-Polverista, parti importanti mil-Linji tal-Kottonera – wieħed mill-aktar sistemi ta’ fortifikazzjonijiet storikament sinifikanti f’Malta. Il-proġett qed jitwettaq permezz ta’ fondi lokali u mistenni jitlesta matul din is-sena, b’investiment stmat ta’ madwar €700,000. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen…

Irrestawrata l-pittura “St. Joseph with the Child Jesus” ta’ Mattia Preti

Il-Ministru għall-Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, ħabbar li l-Ministeru, flimkien mal-Knisja Parrokkjali ta’ Sannat, irrestawra l-pittura tas-seklu 17 “St. Joseph with the Child Jesus” tal-artist magħruf Mattia Preti, li tinsab fil-parroċċa tas-Sannat. Dan il-proġett importanti, imwettaq matul ix-xhur li għaddew minn tim ta’ restawraturi professjonali, ta nifs ġdid lil wieħed mit-teżori artistiċi ta’ Għawdex u…

Għada L-Bażilika Ta’ San Duminku Fil-Belt Valletta Se Tiċċelebra L-Ħajja Mill-Ġdid Lill-Pittura Ta’ Cali

Il-proġett ta’restawr fil-koppla l-kbira tal-Bażilika ta’ Sidtna Marija tal-Porto Salvu u San Duminku issa ġie konkluż u ser jiġi inawgurat b’ċelebrazzjoni nhar it-Tnejn 03 t’Awwissu. Il-pittura tal-koppla hija xogħol ta’ Ġiuseppe Calì waqt li kien fl-aqwa tiegħu. Ix-xogħolijiet juru rappreżentazzjonijiet tas-7 virtujiet u l-Ispirtu s-Santu u jiddokumentaw l-inawgurazzjoni oriġinali wara t-tlestijja tax-xogħol ta’ Cali’ fl-1…

Il-Casino Notabile Mdina – Il-Binja Li Tpaxxi L-Għajn

Inzertajtuha żgur din il-binja xi darba jew oħra u spiss in-nies isaqsu x’kienet?! Fl-1886 grupp ta’ nobbli mill-Imdina kkummissjunaw lill-arkitett Ingliż Webster Paulson biex jiddisinjaw ‘club house’ li kellha tinbena fuq is-Saqajja. Jingħad li dan għamluh minħabba li qabel kienu jiltaqgħu għand il-familja De Piro iżda mbagħad kien hemm xi diżgwit u l-Ingliżi riedu post…

Pittura Mmermra Attribwita Lil Francesco Zahra Salvata Milli Tintilef

Pittura allegorika attribwita lil Francesco Zahra, li tiddekora s-saqaf tal-Kappella ta’ San Kalċedonju, fil-Kurja tal-Arċisqof (Casa Manresa) fil-Furjana, kienet qrib li tintilef kompletament minħabba l-ħsarat estensivi li din kellha. Amy Sciberras u t-tim tagħha ġew fdati b’dan il-proġett diffiċli ta’ konservazzjoni u restawr. Din is-sitwazzjoni kienet titlob trattamenti ta’ emerġenza li kellhom isiru fuq il-post,…

Aħbar Tajba Għall-Professjonisti Fil-konservazzjoni U r-Restawr

Issa bil-Warrant!   Nhar it-Tlieta, 27 ta’ Marzu 2020, il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali, nieda l-applikazzjonijiet onlinebiex professjonisti li jaħdmu fil-qasam tal-konservazzjoni u restawr ikunu jistgħu jiksbu rikonoxximent formali u legali, permezz ta’ warrant maħruġ mill-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi, kif imniżżel fl-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali. Dawn se jkunu responsabbli biex iġeddu l-‘ħajja’ tal-patrimonju kulturali (Oġġetti ta’…