Investiment ta’ €150 miljun fil-MedTech b’250 impjieg ġdid ta’ kwalità
Investiment ġdid ta’ €150 miljun fis-settur tal-MedTech minn Vantive se jwassal għall-ħolqien ta’ 250 impjieg ġdid ta’ livell għoli, filwaqt li jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru Ewropew għal industriji avvanzati u ta’ valur miżjud. Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, ħabbar dan il-proġett li se jinkludi faċilitajiet moderni ta’ manifattura…









