Ma Jintlaħaqx Ftehim Biex Isir Gran Mastru Ġdid… Jinħoloq Logutenent

Jidher li ma ntlaħaqx ftehim biex jinħatar Gran Mastru ġdid biex jieħu post Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto. Għalhekk, iltaqa’ l-Kunsill tal-Ordni f’Ruma u nħatar Logutenent tal-gran Mastru li għandu perjodu ta’ sena f’din il-kariga. Dan għaliex mistennija jsiru tibdiliet kbar fi ħdan l-Ordni anke dwar kif jinħatru l-Kavallieri. Il-Logutenent tal-Gran Mastru…

Għawdxi Jingħata L-Ogħla Unur Mill-Papa Franġisku

Charles Spiteri minn Għajnsielem illum ingħata l-ogħla unur mill-Knisja Kattolika; unur direttament ġej minn Papa Franġisku li jissejjaħ Pro Ecclesia et Pontifice. Dan jingħata lil dawk il-persuni li jagħmlu ġid lill-knisja kattolika fid-diversi modi tal-ħajja. Fil-każ ta’ Charles Spiteri, ilu ħajtu jikteb ġurnaliżmu b’relazzjoni mal-Knisja f’Għawdex; djoċesi żgħira iżda li twettaq ħafna ġid. Dan kien…

Ilbieraħ F’Għawdex Kienet Organizzata Tislima Lil San Lawrenz Wara Xogħol Ta Restawr Fuq L-Istatwa Titulari

L-istatwa ta’ San Lawrenz għadu kif sarilha restawr u konservazzjoni mill-aqwa mid-ditta Prevarti. Din hija statwa tal-kartapesta li nħadmet f’Marsilja fl-1895 u li llum postha huwa fil-Knisja ta’ San Lawrenz f’Għawdex; ir-raħa li jġib isem il-qaddis padrun stess. Sal-lum kienet għadha qatt ma ntmesset f’dak li hu restawr. Madanakollu, ir-restawratur Pierre Bugeja tenna li l-interventi…

Kieku Konna Se Ngħidu Li Wara 10 Snin Reġa’ Żarna l-Papa…

Bħal-lum 10 snin ilu żarna l-Qdusija Tiegħu Papa Benedittu XVI. Kien hawn sensazzjoni u spirtu sabiħ fi gżiritna. Bħal donnu dawn il-mumenti jgħinuna niftakru x’ġawhra ta’ pajjiż għandna. Mhux biss għall-ispirtu reliġjuż imma wkoll għal mod kif nagħtu merħba bħala poplu. Ritratt: Papa Benedittu XVI waqt żjara fil-grotta ta’ San Pawl fir-Rabat Il-Papa Benedittu jibqa’…