Tradizzjoni li tibqa’ tattira: Eluf jattendu għall-Imnarja 2026

Eluf ta’ persuni attendew għall-attivitajiet tal-Imnarja 2026 fil-Buskett, f’ċelebrazzjoni li għal darb’oħra għaqqdet lill-familji Maltin u Għawdxin madwar il-wirt agrikolu u kulturali ta’ pajjiżna. Matul diversi jiem, il-pubbliku seta’ jgawdi minn programm mimli attivitajiet li kien jinkludi wirjiet ta’ annimali, esebizzjonijiet ta’ makkinarju agrikolu, vetrini ta’ frott u ħxejjex, kompetizzjonijiet agrikoli, kif ukoll il-parata tradizzjonali…

Żomm dan l-artiklu biex tgħid il-viżti llejla – Ma’ Kull waħda għid Missierna, Sliema u Glorja

Tradizzjoni popolari u devota fejn il-fidili jżuru seba’ knejjes differenti biex iqimu lil Ġesù Sagramentat wara l-Quddiesa tal-Aħħar Ċena.     ✝️ L-Ewwel Viżta – L-Aħħar Ċena Talba:Mulej Ġesù, nirringrazzjak għad-don tal-Ewkaristija. Għinni napprezza l-preżenza tiegħek f’ħajti u nibqa’ dejjem qrib tiegħek. 🌿 It-Tieni Viżta – Ġetsemani Talba:Ġesù, li tlabt fil-waqt tad-dwejjaq, agħtini s-saħħa biex…

Bil-Filmat: Terġa’ tibda ssir il-Purċissjoni bil-Bambin fit-toroq tal-Belt Valletta

Nhar il-Ħamis li għadda, 18 ta’ Diċembru filgħaxija, mijiet ta’ familji u tfal imxew wara l-purċissjoni ta’ Ġesù Bambin madwar it-toroq tal-Belt Valletta, fejn imbagħad temmew il-mixja b’quddiesa mill-isbaħ bil-parteċipazzjoni ta’ diversi tfal fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann. Din hija tradizzjoni sabiħa mmens li kienet inqatgħet għal xi żmien imma issa qed terġa’ ssir bis-saħħa tal-programm…

Tafuh lil Manwel tal-Presepji miż-Żejtun?

Emanuel Vella miż-Żejtun huwa artist magħruf għall-ħila tiegħi fil-ħolqien tal-presepju Malti anke b’diveri stili differenti li jinżlu tajjeb immens ma’ kull min jarahom. Apparti li huwa kapaċi f’dik li hija direzzjoni artistika f’diversi avveniment bħal ma kienet il-Valletta 2018 – il-Kapitali Kulturali Ewropea fost l-oħrajn, sa diversi attivitajiet oħra li jkun mitlub jagħti sehemu u…

Bil-Filmat: Il-banda ta’ San Pawl il-Baħar iġib il-briju tas-sajf f’Buġibba u l-Qawra

Il-ħoss tal-festa Maltija u l-mużika tal-banda laħqu kullimkien dan is-sajf f’Buġibba u l-Qawra. Matul il-ġimgħat li għaddew, is-Soċjetà Mużikali San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar organizzat għaxar servizzi mużikali li qanqlu l-interess kemm tal-Maltin kif ukoll tat-turisti. Ħafna mill-viżitaturi, li kienu mixjin fit-toroq jew jistrieħu fil-lukandi, ma felħux jirreżistu u waqfu biex igawdu l-briju tal-marċi…

Fejn Saru L-ewwel Purċissjonijiet Tal-Ġimgħa L-Kbira f’Pajjiżna?!

Għeruq sew fl-istorja tagħna!   Forsi naraw il-vari tal-Ġimgħa Mqaddsa u nistaqsu: Imma kif bdiet din it-tradizzjoni u meta? L-ewwel purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta bdew fis-seklu 17. Kienu bdew fiż-żewġ knejjes tal-Franġiskani Minuri tar-Rabat u tal-Belt Valletta. Wara, bdew isiru fil-Kottonera. L-aktar purċissjoni antika f’Għawdex hija dik tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li bdiet fil-bidu…

Bħalissa Kieku Malta Maħnuqa Bil-Poplu Jdur il-Knejjes

Mhux l-ewwel darba… Ġrat fil-passat   L-22.30 ta’ Ħamis ix-Xirka 2020. Sikta. Ħemda. Kieku bħalissa il-poplu bi ħġaru jdur minn knisja għall-oħra; minn wirja għall-oħra, minn raħal għall-ieħor… Kien hemm min bħal-lum iżur is-salib tal-għolja fis-Siġġiewi, isib xi kappella ċkejkna mhix daqshekk storbjuża bl-attività tal-poplu jew inkella jmur il-mixja popolari ta’ Puttinu. Il-Monument ta’ Kristu…