Kummiedja li se tittella’ nhar is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 t’Ottubru fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’ l-Mosta
Din il-Lukanda li l-propjetarji tagħha fdawha f’idejn it-tmexxija tan-neputija Tania tinsab isservi biss biex numru ta’ ħaddiema jgħixu fiha. Residenti rari jkollom u d-dħul huwa minimu jew xejn. Matul iż-żmien is-sidien issusidjaw din il-Lukanda mingħajr ma kienu jafu eżatt xi dħul qed jagħmlu minnha.
Imma jidher li xi ħadd tefa’ ħarstu fuq din il-binja bl-iskop li jwaqqagħha u jiżvillupaha f’Appartamenti. Għal dan il-għan is-sidien iqabbdu Awditur biex jara sewwa l-operat ta’ din il-lukanda u l-qliegħ jew telf li qed tagħmel. Dan l-Awditur jidher li għandu kull intenzjoni u nteress speċjali li din il-lukanda tinbiegħ u tinbidel f’Appartamenti.
Il-ħaddiema li issa kienu saru bħal familja jgħixu flimkien jinħasdu meta jsiru jafu l-intenzjoni ta’ dan l-Awditur u se jippruvaw jagħmlu minn kollox biex isalvaw il-post li għalihom kien ifisser darhom. F’daqqa waħda jitfaċċaw nies li juru x-xewqa li jqattgħu xi jumejn f’din il-Lukanda. Tgħid se ddur ir-rota ?
Fost dawn ir-residenti ġodda jkun hemm żewġt’irġiel li jkollom interess speċjali f’din il-binja….. xi jkunu qed ifittxu eżatt ? U l-ħaddiema kif se jagħmlu biex jikkonvinċu lis-sidien li din il-Lukanda mhux falluta daqs kemm qed jaħsbu huma ? X’għajnuna se jkollom ? Kif se jbellawha lis-sidien li din il-Lukanda għandha l-klijenti ? Kif se jagħmlu biex jeħilsu mill-Awditur li qed jagħmel minn kollox biex il-Lukanda tinbiegħ ?
Risposti għal dawn il-mistoqsijiet u aktar waqt il-Kummiedja kollha daħk “Il-Lukanda ta’ Bla Stilel” li ser tittella’ nhar is-Sibt 18 t’Ottubru fis-7:00 p.m u l-Ħadd 19 t’Ottubru fis-6:30 p.m fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’ l-Mosta . Din il-kummiedja għandha kitba oriġinali u direzzjoni ta’ Marvic Camilleri
Booking huwa miftuħ fuq il-paġna ta’ Facebook The Drama Group Mosta jew 79601891











