Mal-Koppla Tal-Mosta Kienet Inbniet Tromba…

Ritratti interessanti li nnutajna mtellgħin minn David Debono fuq facebook li juru faxxa wiesgħa ċara mal-ġenb tar-Rotunda tal-Mosta. Fir-ritratt (li juri l-faxxa ċara tal-ġebel) ta’ Agius u Ellis, tidher imbagħad tromba maġenb il-koppla li aktarx kienet inbniet sabiex jitla’ l-ġebel minnu waqt il-bini. Ir-ritatt l-ieħor ittieħed minn Joannes Gennadius għall-ħabta tal-1855/1857 waqt l-istudji tiegħu f’Malta.…

Araw Il-Mosta Kif Ma Timmaġinawhiex Illum!

Ritratt mill-isbaħ li ttella’ minn Frank Salt Real Estate juri l-ġenb tal-Knisja tal-Mosta u l-imkejjen fejn illum hemm iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-madwar f’dehra differenti mmens minn dik li nafu llum. Ir-ritratt ittieħed fl-1962; sentejn qabel Malta saret Indipendenti. Innutaw il-karozzi tal-linja, il-vetturi bl-istil ta’ żmienhom, il-bankini, u l-ftit nies li hemm. Min jaf min kienu…

L-Aktar Mitħna Antika Fil-Mosta. Ġieli Għaddejtu Minn Ħdejha?

Il-Kunsillier Mosti Marvic Camilleri tella’ ritratt mill-isbaħ li juri waħda mill-10 imtieħen li nbnew fi żmien il-Gran Mastru Gregorio Carafa. Camilleri huwa l-kunsillier responsabbli mill-Kultura u l-Patrimonju Mosti fi ħdan il-Kunsill Lokali tal-Mosta. Din tissejjaħ il-Mitħna l-qadima ħafna drabi. Hemm ħafna li jsibuha bħala l-Mitħna Ta’ Mlit. Kienet twaqqgħet u nbniet oħra flokha fl-1757. B’hekk,…

Illejla Fin-Naxxar Jinħatru L-Kanonċi… Storja, Fidi U Għajnuna Lill-Poplu!

It-territorju tan-Naxxar fil-passat kien wieħed vast li jkopri t-Tramuntana kollha ta’ Malta. Parti mit-territorju Naxxari żviluppaw f’parroċċi: Mosta, Ħal Għargħur, Mellieħa, San Pawl il-Baħar u anke Burmarrad u l-Qawra. B’hekk il-parroċċa ta-Naxxar tissejjaħ ukoll ‘Arċimatriċi’, jiġifieri omm dawn il-parroċċi u knejjes. Illum, il-Ħamis 27 t’Awwissu 2020 fin-Naxxar qed jiċċelebra t-Twaqqif tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina u…

F’Birkirkara Hemm Santwarju…

Santwarji Marjani f’Pajjiżna Meta wieħed jaqra t-titlu ta’ dan l-artiklu mill-ewwel jiġu f’moħħu Santwarji bħal dak tal-Vitorja f’l-Isla, Mellieħa u x-Xagħra, tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, tal-Kunċizzjoni f’Bormla, Tal-Karmnu fil-Belt Valletta u Ta’ Pinu f’Għawdex u oħrajn li huma magħrufin sewwa u li jgawdu devozzjoni kbira. Dawn huma popolari ħafna u kollha għandom knejjes kbar li jixhdu l-popolarità…

Bil-Filmat: Araw Il-Festa Ta’ Santa Marija Fil-Mosta Fl-Antik…

Xi ġmiel ta’ filmat tellgħu l-‘Malta Audio Visual Memories’ dwar il-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta. Filmat irrestawrat u awtentiku tal-passat. Innutaw il-ħajja dak iż-żmien; l-istil tal-ħwejjeġ, il-karozzi, l-armar u fuq kollox, l-istatwa ta’ Santa Marija kellha libsa differenti.. Meta taħsbu li ttieħed dan il-filmat?     Filmat: Festa ta’ Santa Marija/ Malta Audio Visual Memories…

Dawl Għall-Frontliners… Imma DJ Set Mit-Tieqa Tal-Bażilika Tal-Mosta?!

Qed naraw bosta binjiet storiċi jinxtegħlu bil-kuluri tal-qawsalla; il-kuluri li jissimbolizzaw li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Iżda x’taħsbu intom dwar ‘dj set’ minn waħda mit-twieqi tal-Bażilika Mostija? Bażilika li ngħatat it-titlu wara talba lill-Papa Franġisku!! Bl-isem ta’ MYNT live 2020 dance series dan huwa l-filmat:   Ritratt: Il-faċċata tal-Bażilika tal-Mosta

Meta F’Ħal Lija Waqa’ Ajruplan Fuq Żagħżugħ Li Kien Għaddej Bir-Rota

Qatt kont taf b’din il-ġrajja?   Ħal Lija jinsab viċin Ta’ Qali fejn tul it-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm mitjar militari. Minħabba f’hekk, fl-irħula viċin spiss kien ikun hemm inċidenti relatati mal-ajru. Propju fl-1942, ajruplan tat-tip Spitfire kien qed jiġġieled kontra ajruplani tal-għadu, intlaqat u l-bdot miet. Iżda l-ajruplan baqa’ jtir bla kontroll sakemm ikkraxxja f’post…