Tinġabar is-somma fenomenali ta’ €5,760,295 fl-Istrina

Ġmiel ta’ somma nġabret mill-poplu Malti u Għawdxi fl-Istrina; festa ta’ ġenerożità bl-islogan popolari jibqa’ dejjem L-Istrina, l-għada tal-Milied 🎄Flimkien b’solidarjetà. Ma hemmx iżjed kummenti xi żżid ħlief li min jixtieq ikompli jċempel, jista’ jagħmel dan fuq dawn in-numri t’hawn taħt: 51902030 – €50 51802012 – €25 21262626 – PLEDGES 50619201 – €11.65 79359565 –…

Għada l-jum iddedikat għall-Innu Malti

Il-Belt Valletta, bħala l-Kapitali ta’ pajjiżna, u s-27 ta’ Diċembru, bħala l-jum iddedikat għall-Innu Malti, issa huma mnaqqxin formalment fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, wara li l-emendi relevanti ġew approvati unanimament mill-Parlament u daħlu fis-seħħ. Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, il-Belt Valletta qed tiġi rikonoxxuta b’mod ċar u uffiċjali fil-Kostituzzjoni bħala l-Belt Kapitali ta’ Malta. Fl-istess ħin,…

Waslet l-Istrina 2025

Fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għall-edizzjoni tal-2025 ta’ L-Istrina, il-maratona nazzjonali li tittella’ l-għada tal-Milied b’risq il-Malta Community Chest Fund, sabiex tkompli tgħin lil dawk li l-aktar għandhom bżonn. It-Tlieta filgħodu, il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, żaret il-post fejn segwiet mill-qrib ix-xogħol li għaddej u ltaqgħet mal-ħaddiema tal-Uffiċċju tal-President,…

L-ewwel servizz fil-purċissjoni tal-Bambin mis-Soċjetà Mużikali Qawra

Ilbieraħ it-Tnejn 22 ta’ Diċembru 2025 kien l-ewwel servizz mużikali mis-Soċjeta’ Mużikali Qawra fil-purċissjoni tal-Milied organizzata mill-Parroċċa tal-Qawra. Iċ-Ċentru Soċjali u Mużikali Qawra twaqqaf fit-13 ta’ Marzu 2024 bl-għan li jkun ipprovdut it-tagħlim tal-mużika bla ħlas u anke biex tissaħħaħ il-kultura Maltija fil-Qawra u Buġibba, indipendenti mill-eta’, ġeneru jew razza.       Ritratti: Soċjetà…

Ġesù Bambin bagħat ittra tal-Milied… Aqrawha ftit

Għeżież ħuti, Jien twelidt f’sempliċità kbira, f’maxtura umli, imdawwar b’imħabba siekta u bit-tama. Ma ġejtx bid-deheb jew bil-qawwa, imma bil-paċi u bid-dawl li jitwieled mill-qalb safja. Nixtieq li f’dan il-Milied tifhmu li jien qrib tagħkom, speċjalment meta tħossukom weħidkom, imbeżżgħin jew għajjenin. Jien nitwieled kull darba li tagħtu tgħanniqa, kull darba li taħfru, kull darba…

Il-Ministru Bonnici jżur is-sett tal-produzzjoni internazzjonali La Comtesse de Monte-Cristo li qed jinġibed f’Malta

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech, żar is-sett tal-produzzjoni televiżiva Franċiża La Comtesse de Monte-Cristo, li bħalissa qed tinħadem f’Malta. Din il-produzzjoni ta’ livell għoli tikkonsisti f’tmien episodji ta’ 52 minuta u ilha tinġibed f’pajjiżna għal dawn l-aħħar tliet xhur. Matul iż-żjara, il-Ministru u l-Kummissarju ltaqgħu mal-produtturi, id-direttur,…

Bil-Filmat: Terġa’ tibda ssir il-Purċissjoni bil-Bambin fit-toroq tal-Belt Valletta

Nhar il-Ħamis li għadda, 18 ta’ Diċembru filgħaxija, mijiet ta’ familji u tfal imxew wara l-purċissjoni ta’ Ġesù Bambin madwar it-toroq tal-Belt Valletta, fejn imbagħad temmew il-mixja b’quddiesa mill-isbaħ bil-parteċipazzjoni ta’ diversi tfal fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann. Din hija tradizzjoni sabiħa mmens li kienet inqatgħet għal xi żmien imma issa qed terġa’ ssir bis-saħħa tal-programm…

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa 2025 imfakkra f’ktieb ta’ ritratti

Ktieb ġdid ta’ ritratti qed ifakkar il-mumenti ewlenin tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2025. Il-pubblikazzjoni, bit-titlu Il-Presidenza ta’ Malta, inħarġet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu permezz tar-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa. It-tnedija tal-ktieb saret din il-ġimgħa f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta, mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg. Għaliha attendew uffiċjali minn…

Milied Mal-Għaqdiet: Il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku

Palazzo Francesco f’Ħal Lija, li sservi bħala l-binja tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, se jkun qed jospita wieħed mill-aktar avvenimenti festivi u uniċi ta’ dan l-istaġun, bejn id-19 u l-21 ta’ Diċembru 2025, hekk kif se jkun qed jittella’ suq tal-Milied bit-tema ta’ Milied Mal-Għaqdiet, b’kollaborazzjoni ma’ diversi għaqdiet volontarji. Dan l-avveniment ta’ tlett ijiem se…

Morru araw wirja ta’ presepji mill-isbaħ fil-Knisja tal-Kalkara

Id-Direttorat tal-Kultura għal sena oħra qed itella’ wirja ta’ presepji, din id-darba fil-Knisja ddedikata lil San Ġużepp fil-Kalkara. Din ġiet inawgurata nhar l-Erbgħa li għaddiet 17 ta’ Diċembru 2025 mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Dr Owen Bonnici flimkien mal-Kappillan tal-Kalkara Fr Nicholas Pace u fil-preżenza tas-Sindku Wayne Aquilina. Preżenti wkoll id-Direttur Alexander Farrugia, l-Assistent…