Il-Ġimgħa L-Kbira Għaddiet Iżda L-Arti Marbuta Magħha Tibqa’ S-Sena Kollha

Għaliex ktibna titlu hekk?   Għaliex propju juri li bħal ma hemm nies li jistennew il-Milied sena sħiħa, jew il-festa tar-raħal, hemm ukoll dawn li jistennew il-Ġimgħa Mqaddsa b’ħerqa kbira. Żmien il-Ġimgħa Mqaddsa jġib miegħu ħafna entużjażmu; mhux biss reliġjuż minħabba t-tifkira tal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu imma wkoll entużjażmu kulturali, speċjalment f’dawk li għandhom…

Jista’ Jkun Li Dan Huwa L-Aktar Marċ Funebru Maħbub?!

Marċ li jdaħħalna fl-ispritu… imma jmissilna qalbna tassew?!   Ingħatat bidu l-Ġimgħa Mqaddsa tas-sena 2020. Ġimgħa Mqaddsa b’differenza fejn jekk naħsbu ftit, bosta qed isofru. Kemm minħabba l-mard bil-COVID-19 u s-sitwazzjoni izda mhux biss. Għalkemm ejja ma ninsewx id-dulur li għaddej kontinwament f’bosta nies umani; min b’ħaġa, min b’oħra. Min tilef lil xi ħadd intortament,…

Araw X’Ħoloq B’Idejh L-Artist Indri Attard

Joħloq b’idejh!   Lil Indri Attard nafuh fuq it-televiżjoni. Huwa attur bravu, xandar iżda wkolla artist kapaċi. Il-karriera tiegħu fuq ir-radju tmur lura għall-1998 fuq Radju 101. Iżda spiss narawh itella’ arti maħluqa minnu stess b’idejh li ma tistax ma tiġbidx l-għajn. Waħda minnhom hija din l-istatwa; minjatura tal-għaxar stazzjon li tinsab fir-Rabat f’Malta. Il-qies…

Bil-Filmat: Ħa Nisimgħuha Din Nhar Il-Ħamis Li Ġej?

Jgħidulha ċ-Ċuqlajta   Storbjuża mhux ħażin. Xogħlha huwa kontra dak tal-qniepen; ifakkru n-niket li għadda minnu Ġesù kontra tal-ferħ tad-daqq ħelu tal-qniepen. Kien propju waqt it-talb tiegħu fil-Ġnien tal-Ġetsemani, li talab lil Alla biex ibiegħed minnu l-kalċi tal-imrar. Illum il-ġurnata, eżatt waqt iċ-ċerimonja simbolika tal-ħasil tas-saqajn, propju waqt is-Santu tindaqq l-ewwel darba ċ-ċuqlajta li tibqa’…

Ktieb Ġdid Dwar Il-Vari Tal-Bidu F’Malta

Wara l-ewwel ktieb PASSJONI – Merging Art and Faith, issa ħareġ ktieb ieħor dwar il-vari tal-bidu filpurċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira li juru episodji mill- Passjoni li ġraw fiċ-Ċenaklu u fil-Ġnien taż-Żebbuġ. Ħlief għal Ħal Qormi f’Malta u ż-Żebbuġ f’Għawdex, li t-tnejn jibdew bl-Aħħar Ċena ta’ Ġesù mal-Appostli, il-purċissjonijiet l-oħrajn kollha jibdew b’Ġesù jitlob fil-Ġetsemani. Din il-vara, popolarment…

Il-Ġimgħa Mqaddsa Differenti Mis-Soltu…Araw il-Programm

F’komunikat mill-kurja, il-midja kollha rċeviet dettalji ta’ xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna. Dawn ser ikunu hekk: Il-Ħadd 5 ta’ April, fid-9:30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm, u wara jkompli bil-Passjoni tal-Mulej fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. It-Tnejn…

Kif Bdiet Il-Figolla? Tiegħek Għamiltha?

Tradizzjoni li ma kinitx tal-Kattoliċi! Il-figolla hija l-aktar niċċa ħelu mfittxija f’dan iż-żmien tal-Għid. Din is-sena, għandna ċans iżjed minn qabel li nagħmluha għaliex għandna ħin fuq idna kemm irridu hekk kif ilkoll ninsabu fi djarna minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19. Iżda interessanti l-fatt li l-figolla propjament kienet tradizzjoni pagana. Din l-idea tmur lura għal eluf ta’…