Ġesù Bambin bagħat ittra tal-Milied… Aqrawha ftit

Għeżież ħuti, Jien twelidt f’sempliċità kbira, f’maxtura umli, imdawwar b’imħabba siekta u bit-tama. Ma ġejtx bid-deheb jew bil-qawwa, imma bil-paċi u bid-dawl li jitwieled mill-qalb safja. Nixtieq li f’dan il-Milied tifhmu li jien qrib tagħkom, speċjalment meta tħossukom weħidkom, imbeżżgħin jew għajjenin. Jien nitwieled kull darba li tagħtu tgħanniqa, kull darba li taħfru, kull darba…

Seħer il-Milied fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali – Woodland Christmas Market kien Suċċess

Il-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali inbidel f’ġenna natalizzja hekk kif kien armat b’mod mill-aqwa għall-Woodland Christmas Market. Atmosfera sabiħa qalb l-ambjent seren li nsibu f’dan il-park nazzjonali. Jason Micallef, ic-Chairman tal-Park Nazzjonali xerred ritratti mill-isbaħ ta’ dak li kellhom xi jgawdu minnu, il-familji Maltin. Attivitajiet bħal dawn huma mfittxija sew mill-pubbliku Malti u joffru mistrieħ…

Il-Prim Ministru Robert Abela żar Għawdex b’apprezzament għall-ħidma, in-negozju u t-tradizzjonijiet tal-Milied

Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, żar diversi lokalitajiet fil-gżira Għawdxija sabiex jara mill-qrib l-entużjażmu, il-ħidma u l-preparazzjonijiet marbuta mal-festi tal-Milied. Kienet ġurnata li wriet b’mod ċar il-bżulija tal-ħaddiema, is-saħħa tan-negozji lokali u s-sbuħija tat-tradizzjonijiet li jiffurmaw parti mill-identità nazzjonali tagħna. L-ewwel żjara kienet fid-Direttorat tal-Manutenzjoni ta’ Għawdex, fejn…

Araw x’attivitajiet tal-Milied se jsiru fil-Kottonera

Matul dan ix-xahar ta’ festi se jkunu qed jittellgħu erba’ attivitajiet maġġuri fil-Kottonera b’rabta mal-Milied. Dawn l-attivitajiet huma parti minn 56 attività li se jiġu organizzati madwar Malta u Għawdex b’investiment ta’ aktar minn €700,000. L-attivitajiet fil-Kottonera tħabbru, f’konferenza tal-aħbarijiet, mis-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli fil-preżenza tad-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, Emile Vassallo, u s-sindki…

Milied mal-Għaqdiet fil-Palazz Francesco, Ħal Lija 

L-istaġun tal-Milied se jieħu dehra aktar maġika bis-Suq tal-Milied fil-Palazz Francesco f’Ħal Lija, li se jsir bejn id-19 u l-21 ta’ Diċembru 2025. Din iċ-ċelebrazzjoni ta’ tlett ijiem se ssir f’dan il-Palazz storiku li, għall-ewwel darba, se jkun miftuħ għall-pubbliku — fatt li jagħti lill-avveniment dimensjoni speċjali u unika. Is-suq se jiftaħ uffiċjalment nhar il-Ġimgħa…

Eiffel 65 fost il-Qofol tal-Milied f’Għawdex: Programm ta’ 165 Attività

Tnediet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-programm Milied f’Għawdex bi kważi 165 attività mfassla għall-familji kollha, li jibdew fl-29 ta’ Novembru 2025 u jibqgħu sejrin sat-6 ta’ Jannar 2026. Il-ftuħ ikun bil-kunċert “Christmas it’s Time” fit-Teatru tal-Opra Aurora, fil-Belt Victoria, filwaqt li l-qofol tal-festi jkun lejlet l-Ewwel tas-Sena bi spettaklu kbir fir-Rabat, b’parteċipazzjoni ta’ kantanti lokali…

Bil-filmat: Il-midja soċjali splodiet bit-tixrid tas-sbuħija tas-siġra tal-Milied fil-Kapitali

Wasal il-Milied u hekk pajjiżna jilbes libsa mill-isbaħ kif jiġri mad-dinja kollha f’dawn iż-żminijiiet. Żgur li s-siġra tal-Milied fid-daħla tal-Kapitali Maltija Valletta, se tkun attrazzjoni speċjali u popolari mal-pubbliku. Biss, Jason Micallef- Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta ħabbar li dan huwa biss il-bidu u baqa’ ħafna iżjed x’naraw u nieħdu gost bih. “Dal-Milied fil-Belt Valletta…

Waslet il-Mixja tal-President b’riżq il-Malta Community Chest Fund. Sejrin?

Dawn huma d-dettalji ta’ Il-Mixja tal-President, attività nazzjonali ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund, li se ssir il-Ħadd, 30 ta’ Novembru 2025. Punti tat-Tluq (għad-9:15 a.m.) • Palazz ta’ San Anton, Attard, jew• Pjazza Paola It-tnejn li huma jingħaqdu f’Blata l-Bajda u jkomplu jimxu flimkien lejn Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Donazzjoni…

Tafuh lil Manwel tal-Presepji miż-Żejtun?

Emanuel Vella miż-Żejtun huwa artist magħruf għall-ħila tiegħi fil-ħolqien tal-presepju Malti anke b’diveri stili differenti li jinżlu tajjeb immens ma’ kull min jarahom. Apparti li huwa kapaċi f’dik li hija direzzjoni artistika f’diversi avveniment bħal ma kienet il-Valletta 2018 – il-Kapitali Kulturali Ewropea fost l-oħrajn, sa diversi attivitajiet oħra li jkun mitlub jagħti sehemu u…

Jiżżanżan Ventartal Uniku Fir-Rabat Għawdex Lejliet L-ewwel tas-Sena

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm iżżanżan Ventartal tal-Milied fil-knisja tal-Kapuċċini fir-Rabat Għawdex. Ventartal differenti minn dak li mdorrijin naraw fejn spiss ikunu tal-fidda u dari, kienu jkunu tal-ġild. L-artist George James Cutajar Zahra iddisinja u pitter l-ornament tiegħu filwaqt li l-pittura ċentrali hija ta’ missieru Joe Cutajar Zahra. Awguri tassew!