Simbolu Storiku ta’ Santa Venera Restawrat b’Suċċess mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi

Is-salib storiku ta’ Santa Venera ngħata ħajja ġdida wara li tlestew xogħlijiet estensivi ta’ restawr mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, f’inizjattiva li tkompli ssaħħaħ il-ħarsien tal-patrimonju storiku u kulturali tal-lokalità. L-inawgurazzjoni tar-restawr saret fil-preżenza tal-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Alison Zerafa Civelli, u s-Sindku ta’ Santa Venera, Gianluca Falzon, li flimkien enfasizzaw l-importanza li monumenti storiċi…

Ħidma aktar intensiva biex Malta tibqa’ nadifa matul l-istaġun tas-sajf

Matul l-istaġun turistiku, id-Dipartiment għat-Tindif u l-Manutenzjoni qed ikompli jżid il-ħidma tiegħu f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex sabiex iż-żoni pubbliċi jibqgħu nodfa, siguri u attraenti kemm għar-residenti kif ukoll għall-viżitaturi. Bħalma jiġri tul is-sena kollha, id-Dipartiment jibqa’ għaddej b’ħidma regolari ta’ tindif u manutenzjoni. Madankollu, matul ix-xhur tas-sajf, meta jiżdied b’mod sostanzjali n-numru ta’…

‘Malta Tells’ se jwassal il-kultura fil-qalba tal-komunitajiet permezz ta’ gallarija tradizzjonali Maltija

Proġett kulturali ġdid bl-isem ta’ Malta Tells se jagħti ħajja ġdida lill-pjazez u l-ispazji pubbliċi madwar Malta u Għawdex permezz ta’ gallarija tradizzjonali Maltija li se tinbidel f’palk għal produzzjonijiet artistiċi u teatrali. L-inizjattiva għandha l-għan li tressaq il-kultura aktar qrib in-nies filwaqt li tiċċelebra l-istorja, il-wirt u l-karattru uniku tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin. Il-Ministru…

Aktar Ħidma ta’ Tindif hekk kif pajjiżna jilqa’ l-Istaġun tas-Sajf

Bil-wasla tas-sajf u ż-żieda fl-attività f’lokalitajiet kostali popolari bħal Marsaskala u tant postijiet oħra, qed tkompli tintensifika l-ħidma ta’ manutenzjoni u tindif sabiex dawn l-inħawi jibqgħu nodfa, siguri u pjaċevoli għar-residenti u l-viżitaturi. Kull filgħodu, saħansitra qabel ma ħafna nies jibdew il-ġurnata tagħhom, ħaddiema dedikati jkunu diġà fuq il-post iwettqu xogħol essenzjali ta’ tindif fit-toroq,…

Dock Music 2026 jerġa’ jagħti l-ħajja lill-Baċir Numru 1 b’lejla ta’ mużika u divertiment

Il-festival popolari Dock Music se jerġa’ jittella’ fil-qalba tal-Kottonera nhar il-Ħadd 28 ta’ Ġunju 2026, meta l-Baċir Numru 1 f’Bormla jerġa’ jinbidel f’palk miftuħ għal spettaklu ta’ mużika live b’xejn għall-familja kollha. Id-dettalji ta’ din l-edizzjoni tħabbru mill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Alison Zerafa Civelli, flimkien maċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera, Joe Mizzi. Wara s-suċċess miksub…

Residenza ġdida ta’ Caritas fin-Naxxar biex tappoġġja l-aħħar fażi tar-riabilitazzjoni mid-droga

Qed jitkompla jissaħħaħ l-appoġġ għal persuni li jkunu temmew programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga, hekk kif il-Fondazzjoni Caritas tinsab viċin li tiftaħ residenza ġdida ta’ “after care”. Din ir-residenza, li tinsab fin-Naxxar, hija maħsuba bħala pass importanti bejn ir-riabilitazzjoni u l-ħajja indipendenti. Din il-fażi hija meqjusa fost l-aktar delikati, peress li r-riskju li persuna terġa’ taqa’…

Minn Pjazza għal Pjazza jerġa’ b’edizzjoni ġdida li tħeġġeġ il-ħajja kulturali fil-qalba tal-lokalitajiet

Tħabbru d-dettalji tat-tieni edizzjoni tal-inizjattiva “Minn Pjazza għal Pjazza”, li se terġa’ tagħti ħajja lill-pjazez f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex fix-xhur li ġejjin. Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali se tkompli tappoġġja finanzjarjament sensiela ta’ attivitajiet organizzati flimkien mal-Kunsilli Lokali, b’interess qawwi hekk kif 43 kunsill applikaw biex jipparteċipaw. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Owen…

Il-Belveder ta’ fuq il-Forti San Mikiel jgħaddi għand il-Kunsill Lokali tal-Isla

Il-ġnien magħruf bħala “ta’ fuq is-sur ta’ San Mikiel”, li jinsab taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ingħata b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Isla għal perjodu ta’ ħames snin. Din il-proprjetà tkopri madwar 3,101 metru kwadru u permezz ta’ dan il-ftehim il-kunsill lokali se jkun jista’ jiżviluppa dan l-ispazju bħala ġnien miftuħ għall-komunità. L-għan hu li jinħoloq…

€5 Miljun f’Investiment Ġdid biex Jissaħħu l-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex

€5 miljun f’fondi addizzjonali se jkunu allokati lill-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex permezz ta’ numru ta’ skemi ġodda mnedija mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. It-tħabbira saret mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, flimkien mad-Direttur Ġenerali Emile Vassallo. Dawn il-fondi se jitqassmu fuq diversi inizjattivi li jkopru oqsma differenti fosthom il-kultura, l-infrastruttura u l-manutenzjoni. Fost l-iskemi kulturali…

Aktar minn €3 miljun f’investiment għal proġetti fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, flimkien mad-Direttur Ġenerali Emile Vassallo, ħabbru pakkett ta’ investiment għal diversi proġetti li se jitwettqu mill-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex. L-għan ewlieni ta’ dawn l-inizjattivi huwa li tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja u l-benesseri tal-komunitajiet. Permezz ta’ din l-iskema, il-Kunsilli Lokali jippreżentaw huma stess proġetti li jindirizzaw il-bżonnijiet tar-residenti…