Binja ġdida għal NAPA se tagħti spinta lill-arti performattiva f’Malta

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva (NAPA) kisbet kwartieri ġodda wara li ġiet allokata l-binja tal-eks Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, li fil-futur se tinbidel f’ċentru nazzjonali modern iddedikat għall-arti performattiva. Il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet, Ramon Deguara, u minn Mro Dominic Galea f’isem NAPA, fil-preżenza tal-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici u l-Ministru…

‘Malta Tells’ se jwassal il-kultura fil-qalba tal-komunitajiet permezz ta’ gallarija tradizzjonali Maltija

Proġett kulturali ġdid bl-isem ta’ Malta Tells se jagħti ħajja ġdida lill-pjazez u l-ispazji pubbliċi madwar Malta u Għawdex permezz ta’ gallarija tradizzjonali Maltija li se tinbidel f’palk għal produzzjonijiet artistiċi u teatrali. L-inizjattiva għandha l-għan li tressaq il-kultura aktar qrib in-nies filwaqt li tiċċelebra l-istorja, il-wirt u l-karattru uniku tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin. Il-Ministru…

Rekord ta’ Applikazzjonijiet għal Skema ta’ Tnaqqis mit-Taxxa fuq Korsijiet Kulturali u Kreattivi f’Malta

Il-Kunsill Malti għall-Arti irreġistra rekord impressjonanti ta’ aktar minn 10,000 applikazzjoni taħt l-iskema ta’ tnaqqis mit-taxxa għal korsijiet kulturali u kreattivi, bl-ogħla numru li qatt intlaħaq sa issa. Din ir-rispons qawwi juri b’mod ċar li hemm domanda kbira u dejjem tikber għall-edukazzjoni kulturali u kreattiva f’Malta. Permezz ta’ din l-iskema, ġenituri u kustodji ta’ tfal…

Festa Tfal fir-Rabat tal-Imdina għall-festa ta’ San Ġużepp

Ir-Rabat tal-Imdina reġa’ jimtela bil-ferħ u l-entużjażmu waqt il-Festa tat-Tfal organizzata fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp. Din l-attività speċjali, li saret illum, 15 ta’ Marzu 2026, ġabret flimkien numru kbir ta’ tfal u familji li ħadu sehem f’ċelebrazzjoni mimlija tradizzjoni u devozzjoni. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa ddedikata lit-tfal, fejn bosta minnhom ipparteċipaw b’mod attiv fil-liturgija. Wara,…

Imwaqqfa wkoll il-Fondazzjoni tal-Malta Biennale

Inawgurata t-tieni edizzjoni tal-Malta Biennale 2026 It-Tlieta filgħaxija nfetħet uffiċjalment it-tieni edizzjoni tal-Malta Biennale 2026, avveniment artistiku importanti li se jdum għaddej mill-14 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Mejju, fuq medda ta’ 11-il ġimgħa. Din l-edizzjoni, immexxija mill-kuratriċi internazzjonali Rosa Martínez, se tlaqqa’ flimkien aktar minn 130 artist minn Malta u minn madwar id-dinja, li ġejjin…

Għawdex jilqa’ l-Karnival b’ġranet mimlijin kulur u briju

Il-jiem tal-Karnival issa fl-aqwa tagħhom u Għawdex bħall-bieraħ, jilqa’ eluf ta’ nies għal festa li kull sena timla l-gżira b’ħajja, mużika u tradizzjoni. Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, żaru diversi lokalitajiet Għawdxin biex isegwu mill-qrib il-preparamenti li għaddejjin għall-attivitajiet tal-Karnival ta’ din is-sena. Iż-żjara bdiet fin-Nadur, fejn il-Prim…

Fl-2026 Malta se tieħu sehem fil-Biennale tal-Arti ta’ Venezja u għall-ewwel darba f’dik ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel

Malta kkonfermat li fl-2026 se tieħu sehem mhux biss fil-Biennale tal-Arti ta’ Venezja, iżda wkoll – għall-ewwel darba – fil-Biennale ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel, wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi tal-arti kontemporanja fl-Asja. L-annunzjar sar waqt attività fil-Malta International Contemporary Art Space (MICAS), organizzata mill-Ministeru għall-Kultura u l-Kunsill Malti għall-Arti. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen…

Konferenza dwar il-Piroteknika Maltija: Bejn Tradizzjoni, Xjenza u Kreattività

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, indirizza l-Konferenza Nazzjonali dwar il-Piroteknika bit-tema “Ċelebrazzjoni t’Arti u l-Kultura”, organizzata mill-Għaqda Piroteknika Maltija. Din il-konferenza ġabret flimkien rappreżentanti mill-qasam tal-piroteknika, uffiċjali tal-gvern, xjenzjati, studenti u membri tal-komunità, kollha bil-għan li jħarsu lejn il-piroteknika mhux biss bħala spettaklu, iżda bħala arti li tgħaqqad ix-xjenza, il-wirt u…

Restawr Ta’ Knejjes U Opri Artistiċi Mill-Arċidjoċesi Maltija

Fi stqarrija mill-Arċidjoċesi ta’ Malta tħabbar li din se tidħol għal xogħol ta’ restawr u konservazzjoni ta’ għaxar proġetti addizzjonali mas-17-il proġett li diġà tħabbru s-sena li għaddiet, b’investiment totali ta’ madwar €4 miljun b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-proġetti jinkludu r-restawr strutturali tal-knejjes kif ukoll il-konservazzjoni ta’ diversi opri tal-arti, fosthom…

Kwadri Fini B’Xeni Maltin Bl-Akkwarell Minn Jacqueline Agius

Qatt inzertajtu jew rajtu arti mill-artista brava Jacqueline Agius? Araw xi ġmiel. Taħdem bl-akkwarell. “L-imħabba għall-arti kienet dejjem fija minn meta kont żgħira. Inħoss li l-pittura m’għandiex sempliċiment tkun sabiħa imma jrid ikollha ċertu poter u dinamika, il-qawwa li tqanqal xi ħaġa profonda”, qaltilna Jacqueline. Fix-xogħol tagħha tfittex is-sempliċità, l-armonija u l-ġmiel. Tgħid li jisiparaha…