Chris Fearne maħtur biex imexxi l-Commonwealth Ministerial Action Group

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Chris Fearne ġie appuntat bħala Chair tal-Commonwealth Ministerial Action Group (CMAG), il-korp ewlieni tal-Commonwealth li jsegwi l-osservanza tal-valuri demokratiċi, is-saltna tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi membri. F’dan ir-rwol, il-Ministru Fearne ppresieda t-73 laqgħa tas-CMAG, li matulha ġew analizzati diversi żviluppi politiċi f’numru ta’ Stati Membri tal-Commonwealth.…

Imħabbar il-Kabinett il-Ġdid immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela

Wara r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2026, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar il-formazzjoni tal-Kabinett il-ġdid li se jkun qed imexxi lill-pajjiż matul il-leġiżlatura li ġejja. Il-ġurament tal-ħatra tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari se jsir għada. Il-Kabinett il-ġdid jgħaqqad flimkien Ministri b’esperjenza li diġà servew f’karigi importanti fil-Gvern, kif ukoll wiċċ ġdid ta’ Deputati li ngħataw…

Marsaskala Tkompli Tissebbaħ bl-Inawgurazzjoni tal-Ġnien tal-Fajtata

Inawgurat il-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala wara xogħlijiet estensivi ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni li taw ħajja ġdida lil din iż-żona popolari mal-familji u r-residenti. Dan il-proġett jifforma parti minn sensiela ta’ investimenti infrastrutturali li għaddejjin bħalissa f’Marsaskala sabiex il-lokalità tkun aktar moderna, aċċessibbli u attraenti għal kulħadd. Ix-xogħol fil-ġnien jinsab qrib il-Bajja ta’ San Tumas, fejn ukoll…

Seminar mill-AKL dwar is-Saħħa Mentali jiffoka fuq kif wieħed jista’ jiffjorixxi taħt pressjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Malta tellgħet seminar bit-tema “Thriving Under Pressure”, inizjattiva li tiffoka fuq is-saħħa mentali u l-bini tar-reżiljenza fil-ħajja ta’ kuljum u fuq il-post tax-xogħol. L-attività saret fl-Urban Valley Resort & Spa f’San Ġwann taħt il-kampanja “You Matter – Strengthening Minds, Building Resilience”. Is-seminar fetaħ b’messaġġ ta’ merħba minn Mr John Mallia, segwit minn…

Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha fis-settur spazjali permezz tal-ESA Industry Days 2026

Xjenza Malta ospitat l-ESA Industry Days 2026 bejn it-22 u l-24 ta’ April, f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Dan l-avveniment ġabar flimkien diversi atturi ewlenin biex jissaħħu r-relazzjonijiet internazzjonali u jinbnew sħubijiet ġodda fis-settur spazjali Ewropew. Il-konferenza prinċipali saret bejn it-23 u l-24 ta’ April fil-The Phoenicia Malta, u laqqgħet delegazzjonijiet minn aktar minn disa’ pajjiżi…

“Wasal iż-żmien li niktbu d-destin ta’ pajjiżna u ngħixuh fl-aqwa tiegħu” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela nieda uffiċjalment il-Viżjoni Malta 2050 waqt attività f’Pjazza Tritoni, u sejħilha wegħda kollettiva ta’ poplu sħiħ li jrid jilħaq l-aqwa potenzjal tiegħu. Din il-viżjoni fit-tul, li ġiet iffurmata wara konsultazzjoni wiesgħa u studji kemm lokali kif ukoll internazzjonali, tħares lejn l-24 sena li ġejjin u timmira li tibdel l-isfidi tal-futur f’opportunitajiet…

Aktar minn €3 miljun f’investiment għal proġetti fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, flimkien mad-Direttur Ġenerali Emile Vassallo, ħabbru pakkett ta’ investiment għal diversi proġetti li se jitwettqu mill-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex. L-għan ewlieni ta’ dawn l-inizjattivi huwa li tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja u l-benesseri tal-komunitajiet. Permezz ta’ din l-iskema, il-Kunsilli Lokali jippreżentaw huma stess proġetti li jindirizzaw il-bżonnijiet tar-residenti…

Jiġi assigurat spazju kulturali ġdid għall-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta

L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta se jkollha spazju dedikat minn fejn tkun tista’ topera, taħdem u tesebixxi x-xogħol artistiku u kulturali tagħha, bis-saħħa tat-trasferiment uffiċjali ta’ proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet. Dan l-iżvilupp jirrappreżenta pass importanti sabiex jiġi mħares u mrawwem wieħed mill-aktar aspetti tradizzjonali u identitarji tal-kultura Maltija. Il-proprjetà inkwistjoni, li tinsab fi Triq Melita u li…

Inawgurat il-mafkar f’ġieħ l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici fi Pjazza Kastilja

Ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-mafkar dedikat lill-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici fi Pjazza Kastilja, fejn faħħar il-legat tiegħu li għadu jinħass sal-lum. Huwa ddeskrivieh bħala raġel ta’ integrità, umiltà u ġustizzja soċjali, li qatt ma beża’ jgħid tiegħu u kien dejjem qrib in-nies. Dr Abela sostna li Karmenu Mifsud Bonnici ħalla…

Jinsab għaddej b’ritmu tajjeb il-proġett ta’ restawr fuq il-mitħna storika ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli żaru dan il-proġett li qed jitmexxa mid-Diviżjoni tar-Restawr u l-Preservazzjoni. Ix-xogħol beda f’Mejju ta’ din is-sena u mistenni jitlesta fil-bidu tal-2026. L-għan ewlieni hu li din il-mitħna, mibnija fl-1674 minn Nicolas u Rafael Cotoner, terġa’ tingħata l-għożża u l-ħajja…