Is-Sette Giugno: Mument Kruċjali fl-Istorja ta’ Malta

Is-7 ta’ Ġunju huwa wieħed mill-ħames Festi Nazzjonali ta’ Malta u jfakkar ġrajja li ħalliet marka qawwija fl-istorja tal-poplu Malti. F’dan il-jum infakkru s-sagrifiċċju ta’ diversi Maltin li tilfu ħajjithom waqt l-irvellijiet tal-1919 fil-Belt Valletta, avveniment li wassal għal bidliet importanti fil-mixja ta’ Malta lejn aktar awtonomija politika. Il-Kawżi tal-Irvellijiet L-għeruq tas-Sette Giugno jinsabu fil-konsegwenzi…

Il-General Workers Union talbet żieda ta’ Lm1.25

Kien bħal-lum 12 ta’ Jannar tal-1949, meta beda jinstema l-ewwel arbitraġġ kontra d-Dipartiment tad-Difiża Ingliża f’Malta. Il-President tat-Tribunal kien Sir Charles Doughty. Kien sar mill-General Workers Union f’isem il-ħaddiema tat-tarzna. L-Union kienet rappreżentata mis-Sur Leli Tabone li kien mgħejjun mis-Segretarju Ġenerali s-Sur Reggie Miller. L-Union talbet żieda ta’ Lm1.25 u żieda proporzjonali għaż-żgħażagħ. Fid-deċiżjoni tiegħu,…

Qed Tagħrfuh Tar-Ritratt? Inġibdu F’Malta…

Dawn ir-ritratti kien ħadhom il-Perit Micallef. Hu kien inkarigat mill-bini tal-Università ta’ Malta f’ Tal-Qroqq. Fihom jidher il-Prinċep Karlu. Ġew f’idejna grazzi għal Toni Spiteri li qalilna li r-ritratti kien ħadhom hu stess; jiġifieri, William Micallef innifsu li kien responsabbli mill-bini tal-Università. Is-sena hija l-1968. Jekk għandkom ritratti u tagħrif simili, nieħdu gost li taqsmuh…

Kont Taf Li Taħt Il-Maċina Hemm Ix-Xelters?

Iva smajtu sew. Ritratti li ttellgħu fil-grupp Nostalgia Malta juru x-xelters ta’ taħt il-Maċina li ntużaw matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Impressjonanti tassew! Fl-istess grupp, intwera sapport li dawn għandhom ikunu rrestawrati u miftuħa għall-għajn pubblika. Il-kelma Maċina ġejja mill-kelma Taljana ‘Macchina’ fejn purament kienet tintuża bħala biex jitneħħew arbli minn fuq ix-xwieni fi żmien il-Kavallieri.…

Bil-Filmat: Min-Navy Għaż-Żmien Tal-Lum… Araw L-istorja Tal-Kok Li Jsajjar Ikel Modern Bi Prodotti Maltin

In-nannu tiegħu kien kok mal-flotta Navali Ngliża… dik in-namra għaddiet għand Paul li llum il-ġurnata fetaħ ħanut fin-Naxxar bil-laqam li kien jgħajtulu; ‘Chikos.’ Paul Dimitri rrakonta kif ftit wara li kien daħal il-konvoj ta’ Santa Marija, in-nannu flimkien ma’ sħabu kienu għamlu l-pudina Maltija kbira fuq l-HMS Ricasoli għall-familji tan-nies li kienu jaħdmu man-navy. Isemmi…

“Ikun Redikolu Li Nneħħu Monumenti Tal-Era Kolonjali” – Il-Ministru Josè Herrera

Il-Ministru tal-Kultura Josè Herrera qal li jekk jitneħħew monumenti tal-era kolonjali, dan ikun att redikolu. Tenna li bl-istess kejl għandna nneħħu wkoll l-istatwa ta’ La Vallette fejn Malta kienet taħt it-tmexxija tal-Ordni ta’ San Ġwann. “Ikun redikolu li jitneħħew monumenti li jappartjenu għall-perjodu imperjali. L-istorja ma tistax tibdilha u trid tittieħed fil-kuntest tal-era partikolari”, tenna…

101 Persuna Arrestati Bħal-Lum Fl-Istorja

X’ġara fit-28 ta’ April 1958?   Għal April tal-1958, bosta ħaddiema mas-servizzi Ingliżi kienu nkwetati fuq is-sensji. Irridu nitakru li Malta ma baqgħetx daqshekk attraenti għall-Ingliżi għaliex issa spiċċat il-gwerra (allura bdew inaqqsu fl-infiq tagħhom minn pajjiżna) u mill-banda l-oħra ma ridux jitilfuna għaliex il-futur ħadd ma kien jaf x’fih u l-pożizzjoni tagħna, f’nofs ta’…

Meta Malta Ma Kellhiex Kważi Idea Ta’ Xi Tfisser Arkeoloġija

Mhux dejjem kellna kollox skjerat fil-mużew bħal-lum!   Xi tfisser ‘Arkeoloġija’? Din il-kelma tirreferi għall-istudju tal-istorja umana u pre-istorika permezz ta’ skavar ta’ siti u analiżi fuq artifatti u fdalijiet oħra. Illum min jaf kemm smajna, qrajna u rajna produzzjonijiet dwar l-arkeoloġija Maltija. Imma mhux dejjem hekk kien għal pajjiżna. L-interess fl-antikitajiet sew ta’ Malta…