Il-Ġmiel tal-Kolleġġjata tan-Naxxar Żvelat f’Pubblikazzjoni Ġdida

Nhar il-Ġimgħa li għadda, fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar, ġie mniedi uffiċjalment il-ktieb “Il-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar – Fi Żmien il-Festa”, pubblikazzjoni miktuba mill-Eċċellenza Tiegħu Ambaxxatur ta’ Malta għan-Namibja u President tar-Reġjun Tramuntana, Clifford Galea, li wkoll iffinanzja l-pubblikazzjoni minn fondi personali bħala ġest ta’ mħabba lejn il-parroċċa u l-komunità Naxxarija. Dan il-ktieb, li…

“4 Rooms, 4 Collections” Exhibition Opens at Tal-Għaqba Windmill in Naxxar

The historic Tal-GħaQba Cultural Windmill became a celebration of creativity, culture, and artistic expression during the opening of 4 Rooms, 4 Collections, the 26th solo exhibition by Maltese artist Josanne Mifsud Pikutzki. Addressing distinguished guests, art enthusiasts, and supporters gathered for the occasion, the opening speech described the venue as a perfect reflection of the…

Ittri li jirrakkontaw storja: il-bini ta’ palazz bejn tradizzjoni u modernità

Fl-1901, fi żmien meta l-modernità kienet qed tidħol bil-mod iżda b’ċertezza, kitba sempliċi ta’ ittra kienet tista’ tirrifletti realtà sħiħa. Giuseppe Valenti darba kiteb lill-Markiz biex jitlob skuża talli bagħat ittra minflok ma ċempel — il-linja tat-telefon kienet wisq dgħajfa. Dan id-dettall żgħir juri kemm dak iż-żmien kien wieħed ta’ tranżizzjoni, fejn it-teknoloġija kienet għadha…

Attivitajiet Mużikali u Artistiċi biex jitfakkru 300 sena devozzjoni fin-Naxxar – Banda Vittorja

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-300 sena mill-wasla tal-istatwa ta’ Marija Bambina fin-Naxxar, il-Banda Vittorja qed torganizza serje ta’ attivitajiet mużikali u artistiċi biex tfakkar din l-okkażjoni speċjali. Fosthom hemm kunċert mużikali li se jsir nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2026 fis-7.30pm fil-Kolleġġjata tan-Naxxar, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Roderick Bugeja. Se jieħu sehem ukoll il-Coro Bel Canto mmexxi…

Residenza ġdida ta’ Caritas fin-Naxxar biex tappoġġja l-aħħar fażi tar-riabilitazzjoni mid-droga

Qed jitkompla jissaħħaħ l-appoġġ għal persuni li jkunu temmew programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga, hekk kif il-Fondazzjoni Caritas tinsab viċin li tiftaħ residenza ġdida ta’ “after care”. Din ir-residenza, li tinsab fin-Naxxar, hija maħsuba bħala pass importanti bejn ir-riabilitazzjoni u l-ħajja indipendenti. Din il-fażi hija meqjusa fost l-aktar delikati, peress li r-riskju li persuna terġa’ taqa’…

Drago kontra Higgins: Lejla Storika ta’ Snooker fin-Naxxar

L-avveniment se jsir nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu 2026, fil-17:30, ġewwa l-Peace Band Club fin-Naxxar. Din l-esebizzjoni qed issir ukoll fil-kuntest ta’ ċelebrazzjoni importanti – il-100 sena tas-snooker, kif juri l-logo li jfakkar il-perjodu 1926–2026. Tony Drago, magħruf bħala wieħed mill-aktar plejers Maltin li ħallew marka internazzjonali f’dan l-isport, se jkun qed jiffaċċja lil John…

Restawr tal-pitturi tal-Via Sagra fin-Naxxar b’finanzjament Ewropew

Fil-jiem li ġejjin se jibdew ix-xogħlijiet ta’ konservazzjoni u restawr ta’ ħames pitturi storiċi tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Bambina fin-Naxxar. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, hekk kif il-proġett se jkun sostnut permezz ta’ fondi Ewropej. Il-Ministru kien akkumpanjat minn rappreżentanti tal-GAL Majjistral u tal-Għaqda Kulturali Wirt…

Milied Tfuliti – attività fil-qalba tan-Naxxar b’fondi mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali

Nhar is-Sibt li ġej, 20 ta’ Diċembru, fin-Naxxar se tittella’ l-attività tal-Milied Milied Tfuliti, ċelebrazzjoni mmirata lejn il-familji u r-residenti tal-lokalità. L-attività tibda mill-4.00pm ’il quddiem u se tittella’ fi Pjazza Vittorja u Triq Santa Luċija. Id-dettalji dwar din l-attività tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mas-Sindku tan-Naxxar Chris Deguara u membri…

𝗧𝗛𝗘 𝗩𝗜𝗖𝗧𝗢𝗥𝗬 𝗣𝗬𝗥𝗢 𝗠𝗘𝗖𝗛𝗔𝗡𝗜𝗖𝗔𝗟 𝗦𝗛𝗢𝗪 – Illejla tal-Banda Vittorja, Naxxar

Illejla fi Pjazza Toni Bajada fin-Naxxar issir ħarqa spettakolari mill-professjonisti tan-nar fi ħdan l-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja, Naxxar. Din tibda f’nofs illejl. Bit-titlu: 𝗧𝗛𝗘 𝗩𝗜𝗖𝗧𝗢𝗥𝗬 𝗣𝗬𝗥𝗢 𝗠𝗘𝗖𝗛𝗔𝗡𝗜𝗖𝗔𝗟 𝗦𝗛𝗢𝗪, din il-ħarqa tibda eżattament wara l-marċ il-kbir tal-Banda Vittorja. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jaħseb qabel u jintasab fil-pjazza, sabiex ikun jista’ jgawdi dan l-ispettaklu. Il-Banda Vittorja…

Bil-Filmat: Spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika għada fin-Naxxar – 30 sena Kummissjoni Żgħażagħ tal-Peace

Għada 5 ta’ Settembru 2025, fil-pjazza Toni Bajada fin-Naxxar ser jittella’ spettaklu mill-aqwa, mid-dilettanti tan-nar fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Peace fejn din is-sena se tkun iċċelebrata b’entużjażmu kbir, għeluq it-30 sena Kummissjoni Żgħażagħ. Ta’ Kull sena dan l-ispettaklu qed jiġbed bosta ammiraturi u l-pubbliku jattendi bi ħġaru għal dan l-ispettaklu differenti li jżewweġ l-arti piroteknika…