‘Malta Tells’ se jwassal il-kultura fil-qalba tal-komunitajiet permezz ta’ gallarija tradizzjonali Maltija

Proġett kulturali ġdid bl-isem ta’ Malta Tells se jagħti ħajja ġdida lill-pjazez u l-ispazji pubbliċi madwar Malta u Għawdex permezz ta’ gallarija tradizzjonali Maltija li se tinbidel f’palk għal produzzjonijiet artistiċi u teatrali. L-inizjattiva għandha l-għan li tressaq il-kultura aktar qrib in-nies filwaqt li tiċċelebra l-istorja, il-wirt u l-karattru uniku tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin. Il-Ministru…

Inħarsu u napprezzaw il-qalb tal-komunità tagħna

F’soċjetà li dejjem qed tgħaġġel u tinbidel, hemm affarijiet żgħar imma sinifikanti li jibqgħu jagħtuna sens ta’ stabbiltà u appartenenza. Wieħed minn dawn hu bla dubju l-ħanut tal-merċa; spazju sempliċi, imma mimli memorji, relazzjonijiet u valuri li jgħaqqdu lill-komunità. Kif osservat Dr Ramona Attard, hemm xi ħaġa speċjali fin-nies li għadhom iżommu dawn il-ħwienet ħajjin.…

Festa Tfal fir-Rabat tal-Imdina għall-festa ta’ San Ġużepp

Ir-Rabat tal-Imdina reġa’ jimtela bil-ferħ u l-entużjażmu waqt il-Festa tat-Tfal organizzata fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp. Din l-attività speċjali, li saret illum, 15 ta’ Marzu 2026, ġabret flimkien numru kbir ta’ tfal u familji li ħadu sehem f’ċelebrazzjoni mimlija tradizzjoni u devozzjoni. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa ddedikata lit-tfal, fejn bosta minnhom ipparteċipaw b’mod attiv fil-liturgija. Wara,…

Għawdex jilqa’ l-Karnival b’ġranet mimlijin kulur u briju

Il-jiem tal-Karnival issa fl-aqwa tagħhom u Għawdex bħall-bieraħ, jilqa’ eluf ta’ nies għal festa li kull sena timla l-gżira b’ħajja, mużika u tradizzjoni. Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, żaru diversi lokalitajiet Għawdxin biex isegwu mill-qrib il-preparamenti li għaddejjin għall-attivitajiet tal-Karnival ta’ din is-sena. Iż-żjara bdiet fin-Nadur, fejn il-Prim…

50 attività tal-Karnival f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex

Matul il-perjodu tal-Karnival se jkunu qed jittellgħu madwar 50 attività differenti f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, hekk kif id-Direttorat għall-Gvern Lokali qed ikompli jappoġġja finanzjarjament lill-Kunsilli Lokali sabiex jorganizzaw attivitajiet staġjonali fil-komunitajiet tagħhom. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, li spjegaw…

Il-Prim Ministru Robert Abela żar Għawdex b’apprezzament għall-ħidma, in-negozju u t-tradizzjonijiet tal-Milied

Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, żar diversi lokalitajiet fil-gżira Għawdxija sabiex jara mill-qrib l-entużjażmu, il-ħidma u l-preparazzjonijiet marbuta mal-festi tal-Milied. Kienet ġurnata li wriet b’mod ċar il-bżulija tal-ħaddiema, is-saħħa tan-negozji lokali u s-sbuħija tat-tradizzjonijiet li jiffurmaw parti mill-identità nazzjonali tagħna. L-ewwel żjara kienet fid-Direttorat tal-Manutenzjoni ta’ Għawdex, fejn…

Ir-Randan u l-purċissjonijiet fih, Il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid f’Malta – Għaliex għandna nieħdu ħsiebhom?

Nhar l-Erbgħa li għaddew 5 ta’ Marzu 2025 kien Ras ir-Randan li jagħti bidu għal 40 jum ta’ sagrifiċċji f’forom diversi, bi preparazzjoni għall-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu u l-akbar festa tal-Knisja Kattolika, l-Għid il-Kbir. Żmien li huwa mwaħħad ma’ bosta avvenimenti anke dawk teatrali, purċissjonijiet u ċelebrazzjonijiet li jmorru lura sew fis-snin…

Qwiel U Idjomi Marbuta Mal-Milied…

Il-Milied iservi ta’ pawża mill-ħajja ta’ kuljum… almenu dari iħjed mil-lum għaliex preżentament, din il-festa mtliet b’bosta attivitajiet li kważi kważi saru qadi li trid tagħmel ħalli ħadd ma jieħu għalih. Imma meta l-ħajja kienet aktar trankwilla, il-Milied kien ifisser waqfien mix-xogħol, rilassament u għaqda tal-familja iżjed mil-lum. Fil-ktieb ta’ J.S Manduca u Ġorġ Mifsud…

Iħallina Elia Borg Bonaci – Il-Ħanut Huwa Ikona Fil-Ħamrun

Żgur li xi darba jew oħra żortu l-kafetterija ta’ Elia fil-Ħamrun. Post li għadu bi stil tradizzjonali li jilqgħak; apparti t-tjubija tal-prodotti ġenwini li joffru u anke s-simpatija u l-karattri ferrieħa tal-familjari li jaħdmu fil-ħanut stess. Illum tħabbar li ħalliena Elia. Elia flimkien ma’ ħames ħutu oħra kabbru n-negozju ta’ missierhom li beda lura fl-1953,…