Jibda proġett ta’ restawr ta’ €3 miljun fil-Ġonna ta’ San Anton

Il-Ġonna ta’ San Anton bdew jgħaddu minn proġett estensiv ta’ konservazzjoni, manutenzjoni u restawr b’investiment ta’ aktar minn €3 miljun, bil-għan li jitħares wieħed mill-aktar ġonna storiċi u prestiġjużi f’Malta. Waqt żjara fuq il-post flimkien ma’ rappreżentanti tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard u uffiċjali ta’ Project Green, il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli spjegat li dan il-proġett juri…

Malta tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fil-governanza internazzjonali tal-oċeani

Malta kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala ċentru ewlieni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani wara li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Chris Fearne ffirma ftehim ġdid mal-International Ocean Institute (IOI), li permezz tiegħu l-istitut se jkompli jżomm il-kwartieri ġenerali tiegħu f’Malta. Dan il-ftehim iġedded u jimmodernizza l-qafas ta’ kollaborazzjoni bejn Malta u l-IOI, filwaqt li joffri bażi aktar…

Reġjun Tramuntana Jorganizza Laqgħa Ġenerali Annwali, Tnedija ta’ Ktieb u Bolla Kommemorattiva

Ir-Reġjun Tramuntana organizza attività speċjali fil-Lukanda DoubleTree by Hilton Malta f’Buġibba li laqqgħet flimkien rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali, entitajiet pubiċi, mistednin distinti u membri tal-komunità. L-attività inkludiet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tar-Reġjun, it-tnedija ta’ pubblikazzjoni ġdida u l-ħruġ ta’ bolla kommemorattiva ddedikata lill-wirt u l-identità tar-reġjun. Il-programm beda b’laqgħa uffiċjali tal-Kunsill Reġjonali fejn ġew diskussi diversi punti…

Is-Sliema Arts Festival 2026 jerġa’ jagħti l-ħajja lit-toroq tal-lokalità permezz tal-arti u l-kultura

Bejn is-17 u d-19 ta’ Lulju, Tas-Sliema qed tilqa’ edizzjoni oħra tal-Is-Sliema Arts Festival, avveniment li matul is-snin stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-appuntamenti kulturali ewlenin fil-kalendarju Malti. Organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, il-festival joffri programm mimli attivitajiet li jinkludu arti fit-toroq, murals, wirjiet ta’ pittura, mużika, żfin, workshops…

Il-Komunità tal-Imsida Tgawdi Pjazza Ġdida fil-Qalba tal-Lokalità

Ir-residenti tal-Imsida qed igawdu minn pjazza ġdida u moderna wara li tlestew fil-ħin ix-xogħlijiet relatati mal-proġett ta’ riġenerazzjoni fil-qalba tal-lokalità. Dan wassal biex il-komunità setgħet tiċċelebra l-festa tagħha mingħajr tfixkil, filwaqt li tgawdi spazju pubbliku mtejjeb u aktar adattat għall-bżonnijiet tal-lum. B’sodisfazzjon ġie nnutat li l-iskadenzi kollha marbuta mat-twettiq tal-pjazza nżammu b’mod effiċjenti, sabiex il-festa…

Simbolu Storiku ta’ Santa Venera Restawrat b’Suċċess mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi

Is-salib storiku ta’ Santa Venera ngħata ħajja ġdida wara li tlestew xogħlijiet estensivi ta’ restawr mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, f’inizjattiva li tkompli ssaħħaħ il-ħarsien tal-patrimonju storiku u kulturali tal-lokalità. L-inawgurazzjoni tar-restawr saret fil-preżenza tal-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Alison Zerafa Civelli, u s-Sindku ta’ Santa Venera, Gianluca Falzon, li flimkien enfasizzaw l-importanza li monumenti storiċi…

Il-Ġmiel tal-Kolleġġjata tan-Naxxar Żvelat f’Pubblikazzjoni Ġdida

Nhar il-Ġimgħa li għadda, fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar, ġie mniedi uffiċjalment il-ktieb “Il-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar – Fi Żmien il-Festa”, pubblikazzjoni miktuba mill-Eċċellenza Tiegħu Ambaxxatur ta’ Malta għan-Namibja u President tar-Reġjun Tramuntana, Clifford Galea, li wkoll iffinanzja l-pubblikazzjoni minn fondi personali bħala ġest ta’ mħabba lejn il-parroċċa u l-komunità Naxxarija. Dan il-ktieb, li…

Frammenti żgħar li jirrakkontaw stejjer kbar mit-Teatru Manoel

It-Teatru Manoel fil-Belt Valletta, mibni fl-1731 taħt il-patroċinju tal-Gran Mastru António Manoel de Vilhena, huwa magħruf għall-istorja rikka tiegħu u għall-produzzjonijiet artistiċi li ospita matul is-snin. Madankollu, kultant huma l-iżgħar skoperti arkeoloġiċi li jagħtuna l-aktar tagħrif interessanti dwar il-ħajja ta’ kuljum ta’ dawk li kienu jżuru dan it-teatru storiku. Fost dawn l-iskoperti hemm numru ta’…

Jiftħu n-nominazzjonijiet għall-Premju għall-Arti 2026

Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar il-ftuħ uffiċjali tan-nominazzjonijiet għall-Premju għall-Arti 2026, inizjattiva li tagħti ġieħ lill-aqwa kisbiet, proġetti u produzzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi Maltin. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tirrikonoxxi xogħlijiet u inizjattivi li ġew ippreżentati lill-pubbliku bejn l-1 ta’ Settembru 2025 u l-31 ta’ Awwissu 2026. Dawn jinkludu fost oħrajn wirjiet artistiċi, produzzjonijiet teatrali,…

Chris Fearne maħtur biex imexxi l-Commonwealth Ministerial Action Group

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Chris Fearne ġie appuntat bħala Chair tal-Commonwealth Ministerial Action Group (CMAG), il-korp ewlieni tal-Commonwealth li jsegwi l-osservanza tal-valuri demokratiċi, is-saltna tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi membri. F’dan ir-rwol, il-Ministru Fearne ppresieda t-73 laqgħa tas-CMAG, li matulha ġew analizzati diversi żviluppi politiċi f’numru ta’ Stati Membri tal-Commonwealth.…