Il-Ġmiel tal-Kolleġġjata tan-Naxxar Żvelat f’Pubblikazzjoni Ġdida

Nhar il-Ġimgħa li għadda, fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar, ġie mniedi uffiċjalment il-ktieb “Il-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar – Fi Żmien il-Festa”, pubblikazzjoni miktuba mill-Eċċellenza Tiegħu Ambaxxatur ta’ Malta għan-Namibja u President tar-Reġjun Tramuntana, Clifford Galea, li wkoll iffinanzja l-pubblikazzjoni minn fondi personali bħala ġest ta’ mħabba lejn il-parroċċa u l-komunità Naxxarija. Dan il-ktieb, li…

Is-Sette Giugno: Mument Kruċjali fl-Istorja ta’ Malta

Is-7 ta’ Ġunju huwa wieħed mill-ħames Festi Nazzjonali ta’ Malta u jfakkar ġrajja li ħalliet marka qawwija fl-istorja tal-poplu Malti. F’dan il-jum infakkru s-sagrifiċċju ta’ diversi Maltin li tilfu ħajjithom waqt l-irvellijiet tal-1919 fil-Belt Valletta, avveniment li wassal għal bidliet importanti fil-mixja ta’ Malta lejn aktar awtonomija politika. Il-Kawżi tal-Irvellijiet L-għeruq tas-Sette Giugno jinsabu fil-konsegwenzi…

Ikompli jissaħħaħ il-wirt u t-tradizzjonijiet Maltin – Wasal San Girgor 2026

Tħabbar il-programm ta’ attivitajiet għall-festa tradizzjonali ta’ San Girgor, inizjattiva li tkompli tagħti valur lill-identità kulturali Maltija u tressaqha eqreb lejn il-komunità. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda uffiċjalment dan il-programm, li jfakkar festa b’għeruq li jmorru lura sas-seklu 16. Fil-forma li nafuha llum, il-festa bdiet fl-1781 wara digriet tal-Isqof Vincenzo Labini,…

Enfasi fuq il-kultura u d-djalogu waqt żjara lill-Ispeaker Farrugia

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, irċieva żjara ta’ kortesija mid-Direttur Alex Farrugia flimkien ma’ Karen Mamo, manager fi ħdan id-Direttorat tal-Kultura. Matul din il-laqgħa, l-Ispeaker ġie ppreżentat b’pubblikazzjoni li tiġbor fil-qosor l-attivitajiet li saru matul l-ewwel sentejn tal-Malta Festival of Ideas, inizjattiva li għandha l-għan li tħeġġeġ id-djalogu u l-ħsieb dwar diversi temi kulturali u…

Launch of Erasmus+ Sports Project – Deep Blue Green: Exercise for Wellbeing by Reġjun Tramuntana

Regjun Tramuntana officially launched the Erasmus+ Sports project Deep Blue Green: Exercise for Wellbeing at Għadira Bay, in collaboration with international partners Anemos (Greece), Trekkify (Italy), and Médio Tejo (Portugal). Building on the success of the earlier Blue Green Exercise for Wellbeing initiative, the project seeks to promote inclusion, health, and sustainability by encouraging elderly…

Il-Lingwa tal-Midja – Jittella’ Forum tal-Ġurnalisti mid-Direttorat tal-Kultura – Malta Festival of Ideas 2025

Ilbieraħ ittellgħet l-ewwel attività mill-Malta Festival of Ideas 2025 mid-Direttorat għall-Kultura li kkonsistiet f’Forum tal-Ġurnalisti. Il-Forum tal-Ġurnalisti indirizza l-irwol tal-lingwa u tal-midja fil-promozzjoni tal-possibbiltajiet għall-paċi fejn b’panel magħmul minn Giulia Magri (Times of Malta), Semira Abbas Shalan (The Malta Independent) u Wayne Flask (Attivist) kienu l-kelliema prinċipali, u l-ġurnalist Karl Azzopardi (Malta Today) bħala moderatur.…

Ir-Relazzjonijiet bejn Malta u n-Namibja jmorru lura għal qabel id-disgħinijiet

Malta dejjem kienet minn ta’ quddiem biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi barranin. Fil-każ tan-Namibja, il-Professur Guido de Marco kien strumentali ħafna fis-sapport tal-Indipendenza għan-Namibja. Il-President Emeritus ta’ pajjiżna dak iż-żmien kien il-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Dom Mintoff ġab flimkien in-naħa taż-Żimbabwe biex jippreżentaw front komuni. Mintoff u De Marco…

Jitnieda l-ewwel Annwarju Kulturali mid-Direttorat tal-Kultura

Id-Direttorat tal-Kultura nieda l-ewwel Annwarju Kulturali, pubblikazzjoni li għandha l-għan li tixpruna diskussjoni serja u riflessiva dwar l-identità kulturali Maltija. Dan l-annwarju hu intiż bħala l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ librerija ta’ riċerka li sservi ta’ bażi għall-konversazzjoni kulturali li hawn bżonn tant f’pajjiżna. L-annwarju jinkludi ġabra ta’ riċerki fuq temi varji, bħal: L-ilsien Malti…

Reġjun Tramuntana bil-ballu tal-Karnival – Il Gran Ballo della Commedia

Ir-Reġjun Tramuntana qed jorganizza 𝗜𝗹 𝗚𝗿𝗮𝗻 𝗕𝗮𝗹𝗹𝗼 𝗱𝗲𝗹𝗹𝗮 𝗖𝗼𝗺𝗺𝗲𝗱𝗶𝗮 – 𝗔 𝗡𝗶𝗴𝗵𝘁 𝗼𝗳 𝗘𝗹𝗲𝗴𝗮𝗻𝗰𝗲 & 𝗘𝗻𝗰𝗵𝗮𝗻𝘁𝗺𝗲𝗻𝘁! Dan se jkun ballu b’differenza fejn wara ġimgħa ta’ workshops fuq il-Commedia dell’Arte mill-artist u gwida bravissimu Jeremy Grech, li bil-ħila tiegħu daħħal lill-parteċipant fl-ispirtu u ta sessjonijiet ferm interessanti f’dan il-qasam, se jkun ukoll qed janima dan illejl…

Il-Casino Notabile Mdina – Il-Binja Li Tpaxxi L-Għajn

Inzertajtuha żgur din il-binja xi darba jew oħra u spiss in-nies isaqsu x’kienet?! Fl-1886 grupp ta’ nobbli mill-Imdina kkummissjunaw lill-arkitett Ingliż Webster Paulson biex jiddisinjaw ‘club house’ li kellha tinbena fuq is-Saqajja. Jingħad li dan għamluh minħabba li qabel kienu jiltaqgħu għand il-familja De Piro iżda mbagħad kien hemm xi diżgwit u l-Ingliżi riedu post…