Binja ġdida għal NAPA se tagħti spinta lill-arti performattiva f’Malta

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva (NAPA) kisbet kwartieri ġodda wara li ġiet allokata l-binja tal-eks Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, li fil-futur se tinbidel f’ċentru nazzjonali modern iddedikat għall-arti performattiva. Il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet, Ramon Deguara, u minn Mro Dominic Galea f’isem NAPA, fil-preżenza tal-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici u l-Ministru…

Irrestawrat u ppreservat it-Torri Vendome f’Marsaxlokk

Tlesta l-proġett ta’ restawr fuq it-Torri Vendome, magħruf ukoll bħala t-Torri ta’ Qrajten jew Craite, f’Marsaxlokk, b’żjara fuq il-post mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici. Dan it-torri storiku huwa wieħed minn erba’ torrijiet mibnija bejn l-1715 u l-1716 mill-Prijur ta’ Franza Philippe de Vendome, bil-għan li tissaħħaħ id-difiża tal-kosta Maltija. Il-Ministru Bonnici qal…

Binja ġdida f’Ħal Għaxaq tinbidel f’sala għall-komunità u servizzi lokali

Binja f’Ħal Għaxaq li kienet taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet issa ġiet mgħoddija lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, b’kera ta’ ħames snin u b’kollaborazzjoni mal-Awtorità tad-Djar. L-iskop huwa li din tinbidel f’sala ġdida għall-kunsill sabiex tissaħħaħ il-ħidma fil-komunità. Il-binja, li tinsab fi Vjal il-Labour u tkopri madwar 75 metru kwadru, se tintuża biex toffri diversi servizzi…

Tirritorna ‘Stilel Taħt il-Kampnar’ b’edizzjoni akbar u aktar spettakolari fl-Imqabba

It-tielet edizzjoni ta’ ‘Stilel Taħt il-Kampnar’ se terġa’ ssir fl-Imqabba, u din is-sena twiegħed esperjenza aktar kbira u varjata għal kulħadd. Fost l-attrazzjonijiet prinċipali hemm spettaklu ta’ logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika tal-BrassHouse Unit, li żgur se jkun wieħed mill-punti ewlenin tal-lejla. L-attività se toffri programm mimli mużika u divertiment għall-familja kollha. Wara r-reazzjoni pożittiva għas-sena…

Strateġija 2030 għall-Arti: Viżjoni Ġdida għal Settur Kulturali Aktar B’saħħtu u Sostenibbli

Tnediet uffiċjalment l-Istrateġija 2030 tal-Kunsill Malti għall-Arti, dokument ġdid li se jiggwida l-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi f’Malta għas-snin li ġejjin. L-istrateġija ġiet ippreżentata quddiem diversi stakeholders, artisti u rappreżentanti tas-settur, u għandha l-għan li twieġeb għall-isfidi u r-realtajiet attwali b’mod aktar strutturat u prattiku. Il-Ministru Owen Bonnici enfasizza li din l-istrateġija turi l-impenn tal-Gvern…

Ikompli jissaħħaħ il-wirt u t-tradizzjonijiet Maltin – Wasal San Girgor 2026

Tħabbar il-programm ta’ attivitajiet għall-festa tradizzjonali ta’ San Girgor, inizjattiva li tkompli tagħti valur lill-identità kulturali Maltija u tressaqha eqreb lejn il-komunità. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda uffiċjalment dan il-programm, li jfakkar festa b’għeruq li jmorru lura sas-seklu 16. Fil-forma li nafuha llum, il-festa bdiet fl-1781 wara digriet tal-Isqof Vincenzo Labini,…

14-il proġett jingħataw finanzjament taħt l-Iskema ta’ Restawr

Erbatax-il proġett se jibbenefikaw minn investiment totali ta’ €190,000 permezz tal-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr, imħabbra mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni. Din l-iskema kienet miftuħa għal organizzazzjonijiet kulturali u volontarji li jeħtieġu appoġġ biex jikkonservaw proprjetà kulturali, kemm ġewwa kif ukoll barra, b’mod partikolari…

Il-Biennale ta’ Malta tgħaqqad il-kreattività mar-riabilitazzjoni

Residenti mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi kellhom l-opportunità juru t-talent u l-espressjoni artistika tagħhom waqt l-inawgurazzjoni tal-Padiljun tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, bħala parti mill-edizzjoni tal-Malta Biennale. Din l-inizjattiva tiffoka fuq il-kreattività bħala mezz ta’ żvilupp personali u riabilitazzjoni, filwaqt li tħares lejn politika li tippromwovi aktar inklużjoni u dinjità fis-soċjetà. Il-padilljun ġie inawgurat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol…

Imwaqqfa wkoll il-Fondazzjoni tal-Malta Biennale

Inawgurata t-tieni edizzjoni tal-Malta Biennale 2026 It-Tlieta filgħaxija nfetħet uffiċjalment it-tieni edizzjoni tal-Malta Biennale 2026, avveniment artistiku importanti li se jdum għaddej mill-14 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Mejju, fuq medda ta’ 11-il ġimgħa. Din l-edizzjoni, immexxija mill-kuratriċi internazzjonali Rosa Martínez, se tlaqqa’ flimkien aktar minn 130 artist minn Malta u minn madwar id-dinja, li ġejjin…

Proprjetà Pubblika fil-Qrendi Mogħtija lis-Soċjetà Filarmonika Madonna ta’ Lourdes b’Ċens ta’ 50 Sena

Proprjetà pubblika fil-Qrendi ngħatat b’ċens temporanju lis-Soċjetà Filarmonika Madonna ta’ Lourdes biex tintuża għal skopijiet marbuta mal-organizzazzjoni u ż-żamma tal-festa annwali tal-lokalità. Is-sit, li jinsab fi Triq Nazzareno Mifsud kantuniera ma’ Triq Guzeppi D’Arena, u li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ġie trasferit b’titolu ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ ħamsin sena. Dan l-ispazju se…