Il-Ġmiel tal-Kolleġġjata tan-Naxxar Żvelat f’Pubblikazzjoni Ġdida

Nhar il-Ġimgħa li għadda, fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar, ġie mniedi uffiċjalment il-ktieb “Il-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar – Fi Żmien il-Festa”, pubblikazzjoni miktuba mill-Eċċellenza Tiegħu Ambaxxatur ta’ Malta għan-Namibja u President tar-Reġjun Tramuntana, Clifford Galea, li wkoll iffinanzja l-pubblikazzjoni minn fondi personali bħala ġest ta’ mħabba lejn il-parroċċa u l-komunità Naxxarija. Dan il-ktieb, li…

Id-Dulliegħa: Frotta tas-Sajf b’Storja ta’ Eluf ta’ Snin

Qatra friska ta’ dulliegħa f’nofs sajf Malti hija aktar minn sempliċi frotta. Hija parti minn storja twila li tgħaqqad il-Mediterran, il-biedja, il-lingwa u anke l-kultura tal-popli li għexu madwar dan il-baħar għal eluf ta’ snin. Bejn is-sekli għaxar u tlettax, l-Għarab Mori kienu strumentali biex ixerrdu d-dulliegħa madwar il-Mediterran kollu. Fejn waslu, minn Spanja sa…

Is-Sette Giugno: Mument Kruċjali fl-Istorja ta’ Malta

Is-7 ta’ Ġunju huwa wieħed mill-ħames Festi Nazzjonali ta’ Malta u jfakkar ġrajja li ħalliet marka qawwija fl-istorja tal-poplu Malti. F’dan il-jum infakkru s-sagrifiċċju ta’ diversi Maltin li tilfu ħajjithom waqt l-irvellijiet tal-1919 fil-Belt Valletta, avveniment li wassal għal bidliet importanti fil-mixja ta’ Malta lejn aktar awtonomija politika. Il-Kawżi tal-Irvellijiet L-għeruq tas-Sette Giugno jinsabu fil-konsegwenzi…

Imħabbra l-attivitajiet ta’ Jum il-Ħelsien

Jum il-Ħelsien ifakkar mument kruċjali fl-istorja ta’ Malta, meta pajjiżna temm l-użu tiegħu bħala bażi militari Ingliża u kiseb il-libertà sħiħa tiegħu. Fil-31 ta’ Marzu 1979 telqu l-aħħar bastimenti Ingliżi minn Malta, ġrajja li tibqa’ mnaqqxa bħala pass importanti lejn is-sovranità nazzjonali. Biex jitfakkar dan l-anniversarju, qed jiġu organizzati diversi attivitajiet. Is-Sibt 28 ta’ Marzu…

Meta l-Opju ħakem lil Malta: Kastigi Krudili u Skiet Storiku

F’Malta taħt il-ħakma tal-Ordni tal-Kavallieri, il-problema tal-abbuż tad-droga kienet diġà realtà, b’mod partikolari l-użu tal-opju. Minkejja tentattivi severi biex jiġi kkontrollat dan il-vizzju, il-fenomenu baqa’ jinfirex fost diversi saffi tas-soċjetà. Fl-1631, l-Ordni introduċiet liġijiet iebsa kontra l-opju. Min jinqabad ibiegħ jew iżomm din id-droga kien jiġi kkastigat b’mitt daqqa ta’ bastun. Spiżjara li jbiegħu l-opju…

Festa Tfal fir-Rabat tal-Imdina għall-festa ta’ San Ġużepp

Ir-Rabat tal-Imdina reġa’ jimtela bil-ferħ u l-entużjażmu waqt il-Festa tat-Tfal organizzata fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp. Din l-attività speċjali, li saret illum, 15 ta’ Marzu 2026, ġabret flimkien numru kbir ta’ tfal u familji li ħadu sehem f’ċelebrazzjoni mimlija tradizzjoni u devozzjoni. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa ddedikata lit-tfal, fejn bosta minnhom ipparteċipaw b’mod attiv fil-liturgija. Wara,…

Malta kienet emirat

Evarist Bartolo jtina aktar informazzjoni interessanti anke permezz tas-sit: http://maltagenealogy.com Ta’ disa’ snin, fl-1132, laħaq Emir ta’ Malta u Għawdex Ħasan Samsam al-Dawla III. Huwa beda jħallas il-ħaraġ lill-Konti Ruġġieri II, l-ewwel Re Normann ta’ Sqallija, li taħtu kienu jaqgħu l-gżejjer tagħna. Il-ħaraġ kien tip ta’ taxxa li l-mexxejja Għarab u Misilmin ta’ Malta qablu li…

Il-General Workers Union talbet żieda ta’ Lm1.25

Kien bħal-lum 12 ta’ Jannar tal-1949, meta beda jinstema l-ewwel arbitraġġ kontra d-Dipartiment tad-Difiża Ingliża f’Malta. Il-President tat-Tribunal kien Sir Charles Doughty. Kien sar mill-General Workers Union f’isem il-ħaddiema tat-tarzna. L-Union kienet rappreżentata mis-Sur Leli Tabone li kien mgħejjun mis-Segretarju Ġenerali s-Sur Reggie Miller. L-Union talbet żieda ta’ Lm1.25 u żieda proporzjonali għaż-żgħażagħ. Fid-deċiżjoni tiegħu,…

Ħasbu li għamlet ħafna xita għax l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt ittieħdet lejn raħal ieħor … Evarist Bartolo jtina ħarsa lura lejn is-superstizzjonijiet tal-Maltin

Fl-1832 għamlet tant xita li saħansitra beda jsir it-talb biex tieqaf. Ħafna nies bdew jemmnu li din ix-xita kbira kienet ġejja mill-fatt li l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta kienet ittieħdet lejn raħal ieħor, u minflokha ġiet imġieba l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja. Meta l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu reġgħet inġabet lura l-Belt, kompla jsir it-talb, iżda t-temp ma nbidilx…

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa 2025 imfakkra f’ktieb ta’ ritratti

Ktieb ġdid ta’ ritratti qed ifakkar il-mumenti ewlenin tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2025. Il-pubblikazzjoni, bit-titlu Il-Presidenza ta’ Malta, inħarġet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu permezz tar-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa. It-tnedija tal-ktieb saret din il-ġimgħa f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta, mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg. Għaliha attendew uffiċjali minn…