Għall-Kuntrarju Ta’ Li Ġara Fl-Olokawst, Malta Laqgħet Lil-Lhud. Ara Meta!

Illum huwa mfakkar l-Olokawst orribbli li qatel mas-6 miljun Lhudi fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba l-ideoloġiji ta’ Hitler. Imma storikament, Malta ospitat lil dan il-poplu fi ħdanha. L-Għeruq Lhudi f’Malta huwa antik saħansitra mir-raba’ u l-ħames sekli fejn waqt il-perjodu Ruman diġà kien hawn preżenza minnhom f’pajjiżna. Xhieda ta’ dan huma d-diversi katakombi tal-Lhud…

Kont Taf Li Taħt Il-Maċina Hemm Ix-Xelters?

Iva smajtu sew. Ritratti li ttellgħu fil-grupp Nostalgia Malta juru x-xelters ta’ taħt il-Maċina li ntużaw matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Impressjonanti tassew! Fl-istess grupp, intwera sapport li dawn għandhom ikunu rrestawrati u miftuħa għall-għajn pubblika. Il-kelma Maċina ġejja mill-kelma Taljana ‘Macchina’ fejn purament kienet tintuża bħala biex jitneħħew arbli minn fuq ix-xwieni fi żmien il-Kavallieri.…

Qatt Innutajtu L-Irħama Mċaqalqa Taħt L-Istatwa Tar-Reġina?

Ftit ilu fuq waħda mill-paġni ta’ Heritage Malta bl-isem ta’ National Museum of Archaeology, Malta, ittellgħu ritratti interessanti ferm u li kieku ma nġibditx l-attenzjoni, kważi kważi anqas tinnotahom. Nirreferu għal ċaqlieq li kien sar fl-irħam tal-monument/pedestall ta’ taħt l-istatwa tar-Reġina Victoria minħabba t-twaddib ta’ bombi fit-Tieni Gwerra Dinjija. Wieħed jimmaġina s-saħħa ta’ bomba malli…

Qatt Rajtuh Dan Ir-Ritratt Tal-Planċier L-Antik Tal-Isla?

U għal darb’oħra r-rispons tagħkom ma qatax. Verament grati lejkom u turuna kemm hu għal qalbkom wirt pajjiżna. Joseph Busuttil mill-Isla bagħatilna dawn iż-żewġ ritratti l-ġmiel tagħhom tal-planċier l-antik tal-Banda li kien jintrama għall-festa tal-Bambina. Qalilna li kien jintrama fil-fetħa li hemm fi Strada Vittorja u kien jinżamm fil-kannierja tal-Knisja ta’ San Filippu Neri. Illum…

“Ikun Redikolu Li Nneħħu Monumenti Tal-Era Kolonjali” – Il-Ministru Josè Herrera

Il-Ministru tal-Kultura Josè Herrera qal li jekk jitneħħew monumenti tal-era kolonjali, dan ikun att redikolu. Tenna li bl-istess kejl għandna nneħħu wkoll l-istatwa ta’ La Vallette fejn Malta kienet taħt it-tmexxija tal-Ordni ta’ San Ġwann. “Ikun redikolu li jitneħħew monumenti li jappartjenu għall-perjodu imperjali. L-istorja ma tistax tibdilha u trid tittieħed fil-kuntest tal-era partikolari”, tenna…

Fuq It-Tema tal-Gwerra Dinjija Araw X’kienu L-Victory Kitchens… Jekk Tisraq Il-Ħobż Kont Tmur 4 Xhur Ħabs

F’dik li tissejjaħ Storja Orali jiġifieri storja rrakontata min-nies li għexuha huma stess, Joseph Caruana lill-persuna li ntervistatu qallha hekk : “Niftakar li ż-żejt kien bir-razzjon u n-nies ma kellhomx biex isajru mingħajru. Barra minn hekk kien hemm ftit ikel x’jinbiegħ. Allura l-Victory Kitchens bdew u n-nies kienu jingħataw kupun; wieħed għal kull membru tal-familja…

Meta F’Ħal Lija Waqa’ Ajruplan Fuq Żagħżugħ Li Kien Għaddej Bir-Rota

Qatt kont taf b’din il-ġrajja?   Ħal Lija jinsab viċin Ta’ Qali fejn tul it-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm mitjar militari. Minħabba f’hekk, fl-irħula viċin spiss kien ikun hemm inċidenti relatati mal-ajru. Propju fl-1942, ajruplan tat-tip Spitfire kien qed jiġġieled kontra ajruplani tal-għadu, intlaqat u l-bdot miet. Iżda l-ajruplan baqa’ jtir bla kontroll sakemm ikkraxxja f’post…