Workshop għal għaqdiet tal-festa biex isaħħu s-sigurtà u l-benesseri taż-żgħażagħ
L-Aġenzija Żgħażagħ organizzat workshop apposta għall-għaqdiet tal-festi biex tgħinhom joħolqu “Safe Operations Policies”, bil-għan li jsaħħu l-mod kif joperaw, speċjalment fejn tidħol is-sigurtà u l-benesseri taż-żgħażagħ. Għal din l-inizjattiva attendew ukoll benefiċjarji tal-iskema BOOST li jaħdmu fil-qasam tal-festi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Il-laqgħa serviet bħala bidu ta’ proċess fejn dawn l-għaqdiet volontarji se jingħataw…









