Kieku Għal-lum Kienet Issuġġeritha L-Purċissjoni Tal-Ġimgħa L-Kbira…

Meta fil-bidu li faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna, tħassru l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, kien hemm min kien issuġerixxa li dawn isiru f’Settembru propju fil-jum tal-Eżaltazzjoni tas-Salib. Dan minħabba li għal-lum kien hemm ippjanat li ssir purċissjoni bil-Kurċifiss mirakoluż ta’ Ġieżu tal-Belt Valletta fil-festa li aċċennajna għaliha; l-eżaltazzjoni tas-Salib. Madanakollu, it-temp xejn ma kien iħalli l-purċissjonijiet isiru għaliex…

Possibbiltá Ta’ Għargħar… Oqogħdu Attenti!!!

Fuq il-paġna Aġġornament tat-Temp ittella’ avviż li hawn possibbiltà ta’ xita qawwija li tista’ tikkawża għargħar. Bħalissa l-gżejjer Maltin għaddejjin minn maltempati li bdew fi tmiem il-ġimgħa li għadda kif intemmet ilbieraħ. Tajjeb li nevitaw ħruġ bla bżonn ħalli jitnaqqas it-traffiku u l-inċidenti. Dejjem insuqu bil-galbu, naħsbu kmienu u nżommu l-kalma. U bħal dejjem, suqu…

X’Kien Ġara Fis-Siġġiewi Meta F’Malta Kien Hawn Nixfa Kbira?

Din il-knisja tinstab f’wieħed mill-iktar postijiet pittoreski tal-gżejjer tagħna. Fil-fatt mhux l-ewwel darba li naraw pittura li fiha tidher din il-knisja u l-irdumijiet tal-Fawwara. Taħt din il-knisja nsibu nixxiegħa tal-ilma naturali li tibqa’ tnixxi l-ilma s-sena kolla. Għalhekk dawn l-inhawi huma fertili ħafna. L-istorja marbuta ma’ din il-knisja devota tal-Madonna tal-Karmnu toħodna lura għas-seklu15 meta…

Bil-Filmat: Malta B’messaġġ Għall-Pride F’Ateni

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Rosianne Cutajar għaddiet messaġġ b’saħħtu ta’ inkoraġġiment minn Malta lejn Ateni fil-Greċja fejn bħalissa hemm iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Gay Pride; liema pride kellha tiġi ridotta b’mod sostanzjali minħabba l-pandemija tal-Covid-19. “Li tieqaf għad-drittijiet tiegħek mhux dejjem ikun faċli, wisq iżjed fi żmien diffiċli”, sostniet is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar. Iżda messaġġ bħal dan…

Ma Qatgħux Qalbhom U Ramaw Il-Faċċata Għall-Festa Xorta Waħda…

Din is-sena il-festi tradizzjonali, reliġjużi u kulturali, bħal ħafna okkażjonijiet oħra ħadu tumakka minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Ilkoll esperjenzajna t-tibdil tal-mod kif il-festa li nafu, kellha tkun iċċelebrata sakemm minħabba raġunijiet ovvji, tħassar kollox għajr funzjonijiet bi gwida. Deċiżjoni għaqlija f’mumenti bħal dawn! Iżda fin-Naxxar l-ispirtu jidher li hu fl-aqwa tiegħu xorta waħda, fejn apparti li…

Tafu Kif Ġie L-Laqam Tal-Madonna Tas-Samra?

Il-Ħamrun huwa lokalità li żviluppa dawn l-aħħar 150 sena. L-eqdem parti tal-Ħamrun hija bla dubju ta’ xejn il-parti viċin tal-knisja ddedikata lill-Madonna tas-Samra. L-istorja ta’ kif bdiet id-devozzjoni lejn din il-Madonna teħodna fil-Birgu waqt l-Assedju l-Kbir. Jidher li negozjant li kien jismu Toni Spinaci u li kien joqgħod fil-Birgu, ġarrab qatgħa kbira meta waqt l-attaki…

Illejla Fin-Naxxar Jinħatru L-Kanonċi… Storja, Fidi U Għajnuna Lill-Poplu!

It-territorju tan-Naxxar fil-passat kien wieħed vast li jkopri t-Tramuntana kollha ta’ Malta. Parti mit-territorju Naxxari żviluppaw f’parroċċi: Mosta, Ħal Għargħur, Mellieħa, San Pawl il-Baħar u anke Burmarrad u l-Qawra. B’hekk il-parroċċa ta-Naxxar tissejjaħ ukoll ‘Arċimatriċi’, jiġifieri omm dawn il-parroċċi u knejjes. Illum, il-Ħamis 27 t’Awwissu 2020 fin-Naxxar qed jiċċelebra t-Twaqqif tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina u…

F’Birkirkara Hemm Santwarju…

Santwarji Marjani f’Pajjiżna Meta wieħed jaqra t-titlu ta’ dan l-artiklu mill-ewwel jiġu f’moħħu Santwarji bħal dak tal-Vitorja f’l-Isla, Mellieħa u x-Xagħra, tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, tal-Kunċizzjoni f’Bormla, Tal-Karmnu fil-Belt Valletta u Ta’ Pinu f’Għawdex u oħrajn li huma magħrufin sewwa u li jgawdu devozzjoni kbira. Dawn huma popolari ħafna u kollha għandom knejjes kbar li jixhdu l-popolarità…

Bil-Filmat: Min-Navy Għaż-Żmien Tal-Lum… Araw L-istorja Tal-Kok Li Jsajjar Ikel Modern Bi Prodotti Maltin

In-nannu tiegħu kien kok mal-flotta Navali Ngliża… dik in-namra għaddiet għand Paul li llum il-ġurnata fetaħ ħanut fin-Naxxar bil-laqam li kien jgħajtulu; ‘Chikos.’ Paul Dimitri rrakonta kif ftit wara li kien daħal il-konvoj ta’ Santa Marija, in-nannu flimkien ma’ sħabu kienu għamlu l-pudina Maltija kbira fuq l-HMS Ricasoli għall-familji tan-nies li kienu jaħdmu man-navy. Isemmi…

L-Isqof Ta’ Għawdex Huwa Dak Li L-Knisja Għandha Bżonn Illum Il-Ġurnata… L-Ebda Xinxilli Iżda Fehma U Umiltà Kbira

L-għajta tal-poplu hija ‘irrid min jismagħni’. Dik hija l-għajta li llum il-bniedem jitlob lill-Knisja. Il-fidi għadha hemm. Huwa minnu li tbiddlet u ħadet xejriet differenti bil-progress imma huwa fatt, li l-Maltin u l-Għawdxin għandhom il-fidi Kattolika għal qalbhom. Bħalissa għaddejja l-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Dun Anton Teuma bħala Isqof t’Għawdex u li qed tixxandar ‘live’ fuq…