Ejjew Ningħaqdu Għaliex Iż-Żmien Iebes Ma Jarax Kuluri U Partiti…

Mingħajr ma wieħed jew waħda jallarma ruħu, ilkoll nafu x’inhi s-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19. Dan huwa mument fejn ningħaqdu bħala nazzjon u nneħħu l-għamad politiku kontra xulxin. Dan huwa mument li jekk se nbatu se jbati kulħadd, jekk se ngawdu ser igawdi kulħadd. Is-sitwazzjoni hi hemm għal kulħadd u ma tarax la kuluri u qas differenzi…

Bil-Filmat: Araw Il-Festa Ta’ Santa Marija Fil-Mosta Fl-Antik…

Xi ġmiel ta’ filmat tellgħu l-‘Malta Audio Visual Memories’ dwar il-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta. Filmat irrestawrat u awtentiku tal-passat. Innutaw il-ħajja dak iż-żmien; l-istil tal-ħwejjeġ, il-karozzi, l-armar u fuq kollox, l-istatwa ta’ Santa Marija kellha libsa differenti.. Meta taħsbu li ttieħed dan il-filmat?     Filmat: Festa ta’ Santa Marija/ Malta Audio Visual Memories…

Darba F’Malta Kien Hawn ‘Cable Car’… Taf Fejn Kienet?!

Hekk tista’ tgħid li nistgħu nsejħulha; l-ewwel ‘cable car’ u naħsbu li kienet l-aħħar li qatt kien hawn f’pajjiżna. Din kienet tinsab fid-daħla qabel ma tidħol lejn id-Dwejra f’Għawdex, fejn minn fuq l-art Għawdxija kien sar baskett tal-qasab li jaqsam lejn il-Ġebla tal-Ġeneral li kienet u għadha popolari wkoll bl-isem ta’ ‘Fungus Rock.’ Dan għaliex…

Bil-Filmat: Il-Prim Ministru Jniedi Viżjoni Ġdida Ekonomika Għal Malta

Il-Prim Minsitru Roberta Abela nieda viżjoni ekonomika ġdida għal Malta bbażata fuq 5 prinċipji; dak tal-governanza t-tajba, tkabbir ekonomiku għal kwalità tal-ħajja aħjar, edukazzjoni għal ekonomija b’saħħitha fit-tul, titjib fl-infrastruttura ta’ Malta u Carbon neutral sal-2050. Dan tħabbar f’laqgħa storika tal-Kabinett li saret fil-bini tal-kamra tal-kummerċ għall-ewwel darba f’172. Il-Prim Ministru beda billi qal: “Ir-raġuni…

Kontu Tafu Li L-Ewwel Bolla Bil-Kolla Fid-Dinja Kellha Fuqha Timbru Tas-Salib Ta’ Malta?

Iva hekk hu, l-ewwel bolla li kellha l-kolla fuq wara ħarġet fl-Ingilterra fl-1840 u kienet magħrufa bħala l-‘Penny Black‘. Ovvjament bolla meta tinuża tkun ittimbrata u l-ewwel timbru li ntuża fuq il-bolli (ġieli jissejħu wkoll bolol) fl-Ingilterra, kien is-Salib ta’ Malta bil-linka ħamra. Is-Salib ma kienx sar ippuntat kif nafuh imma ngħata forma aktar fit-tond.…

Għawdxi Jingħata L-Ogħla Unur Mill-Papa Franġisku

Charles Spiteri minn Għajnsielem illum ingħata l-ogħla unur mill-Knisja Kattolika; unur direttament ġej minn Papa Franġisku li jissejjaħ Pro Ecclesia et Pontifice. Dan jingħata lil dawk il-persuni li jagħmlu ġid lill-knisja kattolika fid-diversi modi tal-ħajja. Fil-każ ta’ Charles Spiteri, ilu ħajtu jikteb ġurnaliżmu b’relazzjoni mal-Knisja f’Għawdex; djoċesi żgħira iżda li twettaq ħafna ġid. Dan kien…

Ilbieraħ F’Għawdex Kienet Organizzata Tislima Lil San Lawrenz Wara Xogħol Ta Restawr Fuq L-Istatwa Titulari

L-istatwa ta’ San Lawrenz għadu kif sarilha restawr u konservazzjoni mill-aqwa mid-ditta Prevarti. Din hija statwa tal-kartapesta li nħadmet f’Marsilja fl-1895 u li llum postha huwa fil-Knisja ta’ San Lawrenz f’Għawdex; ir-raħa li jġib isem il-qaddis padrun stess. Sal-lum kienet għadha qatt ma ntmesset f’dak li hu restawr. Madanakollu, ir-restawratur Pierre Bugeja tenna li l-interventi…

Huma X’Inhuma N-Numri L-Kitbiet Fuq Facebook Qed Joħolqu Ansjetà Kbira U Ħsara Mentali…

Is-sitwazzjoni attwali hija dik li hi. M’hemm xejn x’wieħed jinnega. Imma għaliex irridu naqbdu ritmu ta’ kitbiet fuq facebook u nkomplu nżidu t-tensjoni bħal donnu qed itina gost? F’daqqa waħda nsejna kemm hija importanti s-saħħa mentali. Nirrealizzaw kemm hawn nies jibżgħu u jippannikkjaw filwaqt li joħolqu stress f’moħħhom għaliex ikunu inċerti? M’aħna ngħidu la favur…

Jekk Tarmi Ż-Żibel Barra Tkun Qed Taġixxi Ta’ Żibel Inti Stess!

X’jiġifieri tarmi barra? Mela barra l-miżbla tiegħek?! Kif ma tgħajjewx taraw il-ħmieġ madwarkom? Imxejna ‘il quddiem imma fadal triq twila… u dawk il-ftit li fadal itappnu l-progress ta’ ħafna. Mela llum temmen li għadek issib nies jarmulek ‘fridge’ ġol-baħar? Jew skart bl-addoċċ bħal donnu ma jifilħux iċemplu kunsill u jieħdu paċenzja jistennew sakemm jiġu jiġbrulhom…