Waħda Mill-Imtieħen Tal-Granmastru Perellos Qed Tiġi Rrestawrata…

Spiss naraw bini storiku li għandu bżonn restawr f’pajjiżna. Spiss ngħidu ‘li kieku jagħmluh hekk jew jibdluh f’hekk’… imma tajjeb li nagħtu kredtu lil bosta proġetti ta’ restawr li spiss ukoll qed isiru. Eżempju minnhom hija l-mitħna magħrufa bħala tal-Għaqba fin-Naxxar. Din tinsab biswit l-iskola Higher Secondary fit-telgħa tal-Għaqba; telgħa li minnha nfisha hija wkoll…

Ġieli Rajtuhom Dawn Il-Marki Fuq Il-Ġebel?

Ġew għall-attenzjoni tagħna ritratti ferm interessanti. Ġebel tal-franka bl-inizjali W.D fuqhom. Dawn jinsabu f’partijiet differenti f’pajjiżna iżda partikolarment fejn hemm il-Victoria Lines. Jidher li l-ittri W.D jirreferu għall-War Department. Dawn kienu jsiru biex juru minn min sar ix-xogħol; f’dan il-każ b’riferenza għall-Victoria Lines li saru mill-war department tal-Ingliżi. Innutaw ukoll sinjal bejn l-ittri f’għamla ta’…

In-Nuqqas Ta’ Dixxiplina U Li Nisfidaw Se Jsir Parti Mill-Wirt Ta’ Pajjiżna?!

Anqas nemmnu li jkollna naslu nikbtu artiklu ta’ din ix-xorta. Imma għaliex ja poplu? Donnu s-suċċess u l-frott li naraw qisu rridu nibdluh fi mrar? Irridu ntappnuh? Nies jarmu barra, kummenti ta’ ħdura lejn xulxin, sfidar lir-regoli mposti mill-awtoritajiet… Imma possibbli? Daqshekk immaturi? U mbagħad nieħdu għalina u ndawru l-kanuni u nġibu l-eżempji u nqabblu.…

Bil-Filmat: L-Akbar Arma Bħalissa Hija L-Kuraġġ!

  F’dawn il-mumenti l-akbar arma għandha tkun dik tal-kuraġġ. Huwa minnu li ma jfissirx li għadda kollox imma anqas nistgħu nibqgħu mbeżżgħin. Irridu nagħmlu kuraġġ flimkien. Dan kien l-iskop wara l-mixgħela tal-faċċata tal-Bażilika Kolleġġjata ta’ Santa Liena f’Birkirkara fuq inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Il-ħsieb imur fuq il-front liners dedikati…

Bil-Filmat: X’Taf Fuq L-Istemmi Araldiċi Jew Inkella L-Coat Of Arms?

Insejħulhom coat of arms; l-istemmi araldiċi. Interessanti li dawn ma jsirux kif ġab u laħaq imma hemm studju, riċerka u ħsieb warajhom. Tkellimna ma’ Andrea Sacco Baldacchino li huwa riċerkatur u anke jagħmel l-illustrazzjonijiet ta’ dawn l-istemmi hu stess b’tant preċiżjoni u passjoni. 1. Xi tfisser l-Araldika? L-araldika hija sistema ta’ identifikazzjoni kemm personali u…

Illum Daħlu Fis-Seħħ Miżuri Ġodda… X’Taħsbu Dwar Dan?

Mil-lum il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020 bosta negozji reġgħu fetħu l-bibien tagħhom jew inkella ser jagħmlu hekk minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, hekk kif ukoll restoranti fost oħrajn, mistennija jippruvaw jerġgħu mmorru lura għan-normal; normal meqjus differenti milli nafu jew li mdorrijin bih. Ser jiftħu wkoll lukandi u anke ħwienet tax-xagħar u dawk ta’…

Saċerdoti Għawdxin Taw €100 U Anke Iżjed Biex Jinxtara ‘Ventilator’ Għall-Isptar…

Nistgħu nsejħulu ġest nobbli u verament Kristjan dak li għamlu s-saċerdoti Għawdxin fejn ħarġu flus minn jheddhom biex jinxtara ‘ventilator’ għall-isptar ġenerali t’Għawdex. Forsi nisimgħu ħafna kritika kemm il-Knisja tiġbor flus; li wara kollox għall-ġid tal-komunità iżda xorta ssib min ikun irid jgħaddi kumment dispreġġjativ. Iżda fil-mument tal-prova, rajna kemm verament dawn is-saċerdoti wettqu att…

Sejba F’Ħal Tarxien Li Kapaċi Tmur Lura Madwar 2000 Sena

Sejba interessanti saret illum f’Ħal Tarxien; dik ta’ qabar Puniku. Dan kien skavat mit-tim tal-Wirt Kulturali u t-tim Geomatich taħt is-supervizjoni tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Is-sejba nstabet f’kundizzjoni tajba; totalment mhux mittiefsa. Instabu urni intatti u anke oġġetti relatati mad-dfin, liema urni kellhom ukoll irmied fihom mir-ritwali tal-kremazzjoni. Magħhom kien hemm ukoll anfora (ġarra tal-fuħħar li…

Kif Kienet Buġibba Fl-1985!!!

Ritratt sabiħ li ttella’ fil-grupp ta’ facebook Nostalgia Malta juri karozza tal-linja bil-kulur aħdar iddur ma’ fejn illum hemm il-bank HSBC lejn il-pjazza li llum hija żona pedonali. Kemm jinbidel iż-żmien! Dan ir-ritratt jidher li ttieħed fl-1985. Ta’ min ninnutaw ftit affarijiet; il-moda tal-ħwejjeġ tan-nies fir-ritratt, it-tip ta’ fanali li hemm, it-taxi bajda, il-kjosk tal-ġelat…

X’Inkwiet Inqala’ F’Malta Fit-18 Ta’ Mejju Snin Ilu?!

Fit-18 ta’ Mejju tal-1565, it-Torok deheru fix-xefaq resqin lejn il-gżejjer tagħna. Il-ġurnata kienet il-Ġimgħa. Dan kien mistenni; ma kinitx sorpriża. Il-mistoqsija aktar kienet ‘meta kienu ġejjin’ milli ‘jekk hux ġejjin.’ Qabel kien hemm assedju ieħor; dak tal-1551. Kif intemm, kien donnu fl-affermattiv li l-Ottomani kienu ser jerġgħu jaħbtu għal pajjiżna. L-assedju tal-1565 baqa’ magħruf bħala…