Qed Tagħrfuh Tar-Ritratt? Inġibdu F’Malta…

Dawn ir-ritratti kien ħadhom il-Perit Micallef. Hu kien inkarigat mill-bini tal-Università ta’ Malta f’ Tal-Qroqq. Fihom jidher il-Prinċep Karlu. Ġew f’idejna grazzi għal Toni Spiteri li qalilna li r-ritratti kien ħadhom hu stess; jiġifieri, William Micallef innifsu li kien responsabbli mill-bini tal-Università. Is-sena hija l-1968. Jekk għandkom ritratti u tagħrif simili, nieħdu gost li taqsmuh…

Mal-Koppla Tal-Mosta Kienet Inbniet Tromba…

Ritratti interessanti li nnutajna mtellgħin minn David Debono fuq facebook li juru faxxa wiesgħa ċara mal-ġenb tar-Rotunda tal-Mosta. Fir-ritratt (li juri l-faxxa ċara tal-ġebel) ta’ Agius u Ellis, tidher imbagħad tromba maġenb il-koppla li aktarx kienet inbniet sabiex jitla’ l-ġebel minnu waqt il-bini. Ir-ritatt l-ieħor ittieħed minn Joannes Gennadius għall-ħabta tal-1855/1857 waqt l-istudji tiegħu f’Malta.…

Bil-Filmat: Araw It-‘Trailer’ Tal-Film Dwar L-Assedju L-Kbir Tal-1565

Bl-isem ta’ God’s Soldiers, din hija l-ewwel produzzjoni li saret maħduma bi preċiżjoni dwar l-Assedju l-Kbir f’Malta. Il-produzzjoni kienet ippreżentata fl-Awstrija lejn l-aħħar tas-sena 2020 skont l-IMDB (sors uffiċjali onlajn dwar films kbar u ċinematografiċi). Din kienet issaportjata mill-Malta Film Commission u l-European MEDIA Creative Europe. L-istorja tal-Assedju l-Kbir hija fost l-iktar, jekk mhux l-aktar…

Kienu Jgħaddu Minn Fuqhom Biex Imorru Minn Għalqa Għall-Oħra… Illum Jinsabu Bejn Il-Bini

L-Imtagħli hija kelma Maltija antika għal mgħoddija jew passaġġ li kien jinbena mill-bdiewa bil-ġebel tas-sejjieħ u li kien jintuża biex minn fuqhom, jgħaddu mingħajr ma jirfsu l-għelieqi nfushom. Dawn tar-ritratt jinsabu f’Ħal Kirkop, u plakka ta’ informazzjoni tgħid li anke l-Kappillan ta’ Ħal Kirkop kien jgħaddi minn fuqhom biex imur sa Ħal Safi jew l-Imqabba…

Min Kien Jgħix F’Din Id-Dar Fi Triq Melita Fil-Belt Valletta?

Inzertajna fis-sena tal-pandemija; it-tieni sena biex ngħidu eżatt. Fi Triq Melita fil-Belt Valletta, innutajna din id-dar antika li magħha hemm irħama li tgħid: “F’din id-dar, għex u miet il-Kanonku ta’ San Pawl, Prokuratur ta’ Santa Luċija Dun Karm Decelis, li miet vittma tad-dmirijiet saċerdotali tiegħu fl-Epidemija tal-Kolera fis-sena 1865. Huwa midfun fiċ-ċimiterju tal-Pietà.” Kos hus,…

Kont Taf Li F’Malta Hawn Il-Mużew Tal-Flus?

Malta dejjem attirat ħakkiema minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha; dan għamel lil pajjiżna ċentru rikk ta’ storja u kultura. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħa ħsieb li jfakkar il-memorja tal-istorja Maltija b’relazzjoni mal-flus li ntużaw taħt ħakkiema differenti. Dan jinsab fis-sala prinċipali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li huwa miftuħ għall-pubbliku bla ħlas fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Hemmhekk tistgħu taraw…