Ġmiel Ta’ Vara Tar-Redentur Imżanżna F’ Raħal Ġdid

Wara l-quddiesa solenni ta’ Ħadd il-Palm tal-Passjoni tal-Mulej, il-Kappillan Dun Marc André Camilleri inawgura u bierek l-vara l-ġdida ta’ Ġesù Redentur li se tikkumplimenta is-set tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira fil-parroċċa ta’ Raħal Ġdid. Din il-vara nħadmet mill-artist Michael Camilleri Cauchi flimkien ma’ ibnu Adonai filwaqt li l-abbozz inħadem minn Adonai Camilleri Cauchi.  

L-10 t’April Kien Jum Iswed Għall-Kalkara – X’Kien Ġara?

“10 t’April; ġurnata sewda għal raħalna. Bħal-lum 80 sena (fl-1942) iġġarfet kompletament l-ewwel Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp tal-Kalkara matul it-Tieni Gwerra Dinjija.” Hekk kiteb is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina fuq il-midja soċjali tiegħu fejn fakkar dan l-avveniment mill-istorja. Spjega kif illum, meta jħares lejn il-Knisja maestuża tal-Kalkara, jammirra l-impenn u l-qalb Kalkariża biex minn dan…

Bħal-Lum Papa Piju VII Ħatar Lil Fabrizio Sceberras Testaferrata Bħala Kardinal

Kien bħal-lum 6 t’April tal-1818, meta Papa Piju VII ħatar lil Fabrizio Sceberras Testaferrata bħala Kardinal. Huwa kien diġa’ serva fis-Santa Sede u fis-servizz diplomatiku tal-Vatikan. Kien anke ilu nnominat segretament ‘in pectore’, mit-8 ta’ Marzu tal-1816. L-investitura tal-Kardinal Sceberras saret fid-9 t’April 1818. Fost dawk li attendew għaċ-ċerimonja kien hemm ħu l-Kardinal, Michele, il-Prinċep…

Via Sagra In Lumine Għat-Tieni Darba F’San Ġwann

“Mill-ġdid bħala Kunsill Lokali qedgħin intellgħu – Via Sagra In Lumine. Inizjattiva li issa saret sinonima mal-loka tagħna.” Hekk kiteb is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech fuq il-midja soċjali tiegħu fejn ħabbar kif mil-lejla, il-pubbliku jista’ jżur Via Sagra differenti li se ddawwal il-pjazza tal-lokal. Din l-inizjattiva qed issir għal sena oħra mill-Kunsill Lokali ta’…

Vara Ġdida tal-Ġimgħa L-Kbira F’Ħal Qormi

Kristu quddiem is-sinedriju hija vara ġdida li l-Knisja Kolleġġjata Arċimatriċi u Arċipretali ta’ San Ġorġ Martri għadhom kif żanżnu. F’Ħamis ix-Xirka tas-sena 2019, tħabbar li ser tiżdied vara oħra mas-sett li għandhom il-Qriema u hekk ser ikollhom it-tlettax-il vara. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19 din il-vara xogħol ta’ Aaron Camilleri Cauchi u Missieru Alfred ilha sentejn sabiex…

Patri Dijonisju Mintoff Jiċċelebra 91 Sena

Illum Patri Dijonisju Mintoff qed jiċċelebra għeluq il-91 sena tiegħu. Mintoff jibqa’ magħruf għall-altruwiżmu tiegħu fost il-poplu speċjalment mal-batut u l-imigranti. Ħabrek kemm felaħ biex jiftaħ il-Laboratorju tal-Paċi fl-1971. Dan il-post għadu attiv ferm sal-lum, anke meta kellu l-mewġ kontrieh, minn kollegi stess. Huwa Patri Franġiskan u jgħix kemm fil-Laboratorju nnifsu u anke fiż-Żurrieq. Din…

Il-Ministru Tal-Kultura Owen Bonnici Jfakkar Diskors Ta’ Jum Il-Ħelsien

“Aħna miġburin hawn illejla biex nifirħu flimkien u niċċelebraw it-tmiem tal-bażi militari Ingliża. Miġburin hawn illejla biex fuq kollox naħilfu li qatt iżjed ma jkun hawn bażi militari barranija f’artna u li Malta tibqa’ għal dejjem Repubblika ħielsa mmexxija mill-Maltin għall-Maltin.” Il-Ministru għal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali li għadu kemm inħatar f’din il-pożizzjoni, Owen…

Meta L-Professur Guido de Marco Kien Elett Bħala L-President Ta’ Malta

Kien bħal-lum id-29 ta’ Marzu tal-1999, meta l-Kamra tad-Deputati eleġġiet lill-Professur Guido de marco bħala President ta’ Malta bi 33 vot favur u 29 vot kontra. L-Opożizzjoni fl-istess seduta kienet innominat lill-Professur Edwin Grech iżda l-mozzjoni m’għaddietx bi 28 vot favur u 32 vot kontra. Fil-bidu tas-seduta, il-Kamra b’vot unanimu approvat mozzjoni imressqa mill-Gvern u…