Il-Pusé u Ċikku l-Poplu f’avvenimenti tal-VCA

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed torganizza kunċert ta’ mużika klassika bis-sehem ta’ George Curmi il-Pusé u serata ta’ satira Maltija ma’ Ċikku l-Poplu, bħala parti mis-sensiela ta’ avvenimenti li qed jittellgħu din il-ħarifa. Classic Notes ser jittella’ fit-30 ta’ Ottubru fil-Pro Katidral ta’ San Pawl fis-7.30pm minn Joseph Chircop fuq it-trumbetta u Joe Caruana fuq…

Bil-Malti Pur – Politika, Ambjent, Soċjetà: Ħadd Mhu Se Jeħlisha Ħafif

Il-Valletta Cultural Agency qed tħabbar avveniment ieħor: Bil-Malti Pur; serata ta’ satira bil-Malti flimkien ma’ Ċikku l-Poplu. Din se ssir forma ta’ lejla mużiko-letterarja. Intqal li din id-darba, mad-diski oriġinali ser ikun offrut b’mod esklussiv għall-pubbliku siltiet letterarji mill-Arkivju Sigriet Nazzjonali, fosthom l-ittri ta’ Pjali Paxa lis-Sultan Sulejman waqt l-Assedju l-Kbir, u l-ittri ta’ San Pawl…

Francesco Crispi Kien Ġie Malta – Ħadem Bis-Saħħa Għall-Unifikazzjoni Tal-Italja

Fit-30 ta’ Settembru tal-1854, Francesco Crispi, wieħed mill-personalitajiet ewlenin fil-ġlieda għall-Unifikazzjoni tal-Italja li kienu ġew joqogħdu Malta, telaq lura lejn l-Italja. Huwa kellu l-kariga ta’ Segretarju tal-Gwerra fil-Gvern iffurmat f’Palermo fl-1848 u wara, sar Prim Ministru tal-Italja magħquda. Kemm dam Malta, huwa kien jgħix f’dar fi Triq il-Kbira f’Ħal Tarxien u kien iżżewweġ fil-Knisja tal-Floriana.…

Meta Ttella’ S-Salib Laferla…

Fis-27 ta’ Settembru tal-1903 fuq għolja qrib is-Siġġiewi kien ittella’ s-Salib Laferla, magħruf aħjar bħala s-Salib tal-Għolja. Dan is-Salib oriġinarjament kien jagħmel parti mill-Via Crucis iżda mbagħad ittella’ biex ifakkar il-Konsagrazzjoni tas-seklu l-ġdid lir-Redentur. Il-proġett kien idea ta’ Dun Pawl Laferla mis-Siġġiewi. Il-pedestal tas-Salib huwa kappella u hemm erba’ lapidi li jfakkru l-okkażjoni. Fl-1937 il-maltemp…

Bħal-Lum Twaqqfet Id-Djoċesi Għawdxija – Isseparat Ruħha Minn Ta’ Malta

Kien is-16 ta’ Settembru tal-1864 meta Papa Piju IX ħareġ il-bolla Singularis Amore li biha kien waqqaf f’Għawdex djoċesi separata minn dik ta’ Malta. L-Ewwel isqof kien Monsinjur Franġisku Buttiġiei li kien diġà isqof awżiljarju. Il-Kolleġġjata tal-Assunta fiċ-Ċittadella kienet saret Katidral.   Ritratt: http://www.iubilaeummisericordiae.va/

101 Sena Ilu L-Bambina Tan-Naxxar Għamlulha Raġġiera Tad-Dawl…

John Magro, li huwa riċerkatur u fotografu magħruf fin-Naxxar mill-istudio tiegħu ‘Images’, spiss itella’ notamenti storiċi dwar in-Naxxar. Laqtitna din li tella’ llum fejn qal li 101 sena ilu, l-istatwa tal-Bambina kienu żidulha d-dawl mar-raġġiera. “Id-dawl f’dak iż-żmien kienet xi ħaġa ġdida, meravilja. Il-ġuvnot Markiż John Scicluna kien jinteressah ħafna id-dawl u dak kollu ġdid…