Għaliex Kienet Iżżejnet Il-Kalkara Ħdax-il Sena Ilu?

Bħal-lum 11-il sena ilu, propju fit-18 t’April tal-2010, il-Kalkara libset libsa ta’ festa. Dan għaliex tat merħba sabiħa lill-Papa Benedittu XVI li kien żar pajjiżna. Dalgħodu ttellgħu ritratti sbieħ li juru l-Kalkara f’atmosfera festiva, fejn il-Kalkariżi kienu ħerqana biex jagħtu merħba lill-Papa fi triq Marina. Fl-istess post, hemm ukoll monument li jfakkar din il-mawra storika.…

Grada Tal-Ħadid… Imma Din Bil-Karti

Edward Azzopardi li huwa President tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar huwa magħruf għall-kapaċità li għandu b’idejh. Spiss itella’ ritratti ta’ kapolavuri li jagħmel fejn mhux l-ewwel darba li dan is-sit ma setax jevita mingħajr ma jitfa’ ħarstu fuqu. Aħna nieħdu gost naraw it-talent u l-bravuri tan-nies u l-artisti lokali. Azzopardi jaħdem anke xogħol fuq il-ħġieġ fejn…

Il-Birgu Jew Ir-Rabat Għawdex? Il-Kapitali Ewropea Tal-Kultura 2031…

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta rċeviet żewġ applikazzjonijiet bħala rispons għal sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess minn bliet u reġjuni f’Malta u Għawdex sabiex ikollhom it-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2031. L-Espressjoni ta’ Interess tnediet f’Novembru 2020 u għalqet fil-31 ta’ Marzu ta’ din is-sena. Sa din l-iskadenza daħlu żewġ sottomissjonijiet; waħda mill-Birgu għar-Reġjun tax-Xlokk u l-oħra…

Illum Il-Festa Ta’ San Girgor…

L-Ewwel Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Girgor. Festa tradizzjonali li tmur lura sa mill-1500. Din kienet tradizzjonalment festa f’forma ta’ pelegrinaġġ li kienet tinvolvi bosta konfraternitajiet mill-parroċċi kollha madwar Malta. Saħansitra kien hemm pika ta’ liema standard parrokkjali kellu jieħu d-dritta fejn kien hemm inkejja bejn in-Naxxarin u l-Karkariżi. Il-Pelegrinaġġ kien…

Malta Oskura; Il-Forka, Il-Bojja U Dawk Li Ħaduha Innoċentament

Heritage Malta se tkun qed torganizza webinar fis-sensiela “Malta Oskura” dwar storja tat-tgħalliq bil-forka f’pajjiżna. “Malta Oskura: Il-Forka”, ser jixxandar f’żewġ dati differenti: it-Tlieta 13 u l-Ħamis 15 t’April li ġej fit-8.30pm. Din se tkun esperjenza awdjoviżiva unika għall-parteċipanti. Il-Vjaġġ virtwali fl-ewwel parti tal-webinar se jieħu lill-parteċipanti lura fiż-żmien sal-ewwel każijiet ta’ tgħalliq li huma…

Il-Funzjoni Tat-Tlieta Ta’ Wara Nofs Inhar F’Jum Il-Ġimgħa L-Kbira

X’inhu s-sinifikat? Mat-3 ta’ wara nofsinhar, Kristu lissen l-aħħar kelmiet u radd ruħu. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, fil-Birgu, għall-funzjoni ta’ filgħodu tal-adorazzjoni tas-salib, il-Kanonċi, b’rashom mgħottija bl-ermellina u bla żarbun kienu u għadhom jitilgħu jagħmlu l-paċi, billi jbusu l-kurċifiss waqt il-kant tar-responsorji bil-Latin. Wara nofsinhar, il-parroċċi Maltin u Għawdxin kienu jgħattu l-kwadri u l-kurċifissi kollha bi…

Il-Borma Li Tfewwaħ Il-Knejjes F’Dawn Il-Jiem…

Bħal-lum Ħamis ix-Xirka u fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, spiss inxommu dik li tissejjaħ il-borma. Apparti fil-knejjes, issibha wkoll fil-wirjiet u saħansitra anke fid-djar fejn jgħixu d-dilettanti ta’ dawk li jħobbu dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Ġimgħa Mqaddsa. Hija litteralment borma; suppost taċ-ċaqquf għalkemm saret issir anke f’borma veru tat-tisjir minħabba prattiċità. L-ingredjenti tagħha joħolqu riħa partikolari…

Ħamis Ix-Xirka … Sepulkri U Viżti

Illum huwa jum sagru għall-Knisja Kattolika; jissejjaħ Ħamis ix-Xirka meta Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija u bdiet il-quddies li evolviet għal dik li nafu llum il-ġurnata. Kien f’dan il-jum li Kristu ħoloq tifkira tiegħu għal eluf ta’ snin li kienu ġejjin warajh u li għad iridu jiġu. Huwa jum qaddis u jum li tista’ tgħid huwa…

Did You Get A Copy Of Malta Libraries’ Latest Publication?

‘CITIES, HARBOURS AND ARTEFACTS: TRANSFORMATIONS OF AN EARLY MODERN LANDSCAPE’ is the title of the latest publication. The volume includes five papers from eight public lectures delivered in 2018–2019 for the National Library of Malta’s Public Lectures Series: ‘Cities, Harbours and Artefacts: transformations of an early modern landscape’. At the core of this series was the…

Kif Se Jiċċelebraw Il-Festa Ta’ San Ġużepp Tar-Rabat Tal-Imdina?

Illum 19 ta’ Marzu hija l-festa ta’ San Ġużepp, missier putattiv ta’ Ġesù. Hija festa devota u maħbuba bil-bosta. Fiċ-ċirkostanzi li qed ngħixu tal-pandemija, kull ċelebrazzjoni li mdorrijin is-soltu biha, ġiet ridotta u din hija diġà t-tieni sena minn meta qed jiġri hekk. Fuq il-paġna tagħhom fuq facebook, l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina ħarġu…