Jum Li Se Jibqa’ Mfakkar Fl-Istorja – Jasal Il-Vaċċin Kontra L-Covid-19

Illum 26 ta’ Diċembru 2020 wasal f’Malta l-vaċċin kontra l-coronavirus li biddel is-sena 2020 f’waħda mimlija restrizzjonijiet u anke mwiet. Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne laqgħu l-ewwel 10,000 vaċċin kontra dan il-virus fejn minn għada jibdew jitlaqqmu l-ewwel nies. Awguri lil kulħadd!

X’Kien Ġara Bħal-Lum Fil-Ħamrun?

Minkejja li f’Malta daħlu bosta drawwiet ġodda u influwenzi barranin maż-żmien, fir-rigward taċ-ċelebrazzjoni tal-Milied, il-poplu tagħna għadu jgħożż sew dawn il-jiem. Għal ħafna anzjani u anke dawk iżgħar fl-età, il-Milied jibqa’ mument reliġjuż u qaddis. Lura fl-istorja, kienu d-Dumnikani tal-Belt Valletta li fi żmien il-Kavallieri bdew jagħmlu n-Novena. Dawn kienu disat ijiem ta’ tħejjija għall-Milied…

Illum It-Toroq Kienu Mimlijin Bin-Nies…

Illum deher li f’ħafna ħinijiet, it-toroq kienu miżgħuda bit-traffiku. Jista’ jkun għaliex spiċċat l-iskola jew bosta waqfu ftit mix-xogħol għall-jiem tal-festi. Jew forsi ix-xiri tal-aħħar tal-Milied? Infakkru biex nibqgħu attenti meta nżuru l-ħwienet. Tajjeb li nixtru, niddevertu u nagħmlu l-qadi tagħna. Iżda l-pandemija għadha ma spiċċatx. Ma jinfelaħx tara ħanut imballat bin-nies kulħadd ġo xulxin!…

Tiftakruh Ix-Chalet?

Ix-Chalet kien imkejjen ta’ divertiment f’Tas-Sliema fejn lura fis-snin għoxrin tas-seklu 20, kien l-uniku post f’pajjiżna, bħal dak li llum insejħulu ‘lido’. Kien mibni fuq żewġ sulari; fejn in-nies jiżfnu, jixorbu u anke jixxemxu bil-mużika tal-orkestra li kienet il-mużika popolari għal dak iż-żmien. Fih kienu jdoqqu l-aqwa gruppi lokali; filgħodu n-nies jixxemxu u filgħaxija, jintasbu…

Qwiel U Idjomi Marbuta Mal-Milied…

Il-Milied iservi ta’ pawża mill-ħajja ta’ kuljum… almenu dari iħjed mil-lum għaliex preżentament, din il-festa mtliet b’bosta attivitajiet li kważi kważi saru qadi li trid tagħmel ħalli ħadd ma jieħu għalih. Imma meta l-ħajja kienet aktar trankwilla, il-Milied kien ifisser waqfien mix-xogħol, rilassament u għaqda tal-familja iżjed mil-lum. Fil-ktieb ta’ J.S Manduca u Ġorġ Mifsud…

Ktieb Dwar L-Arti U L-Istorja Tar-Redentur tal-Isla Rebbieħ U Onorat Mill-KNK

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għażel bħala rebbieħ tal-Kategorija Riċerka ta’ Natura Bijografika u Storjografika l-ktieb: “Ir-Redentur. History, Art, and Cult of the Miraculous Effigy of Christ the Redeemer at Senglea, Malta.” L-editur tiegħu kien Fr. Jonathan Farrugia li ħa l-okkażjoni jirringrazzja lill-Arċipriet tal-Parroċċa Sengleana Dun Robin Camilleri li fdalu din il-biċċa xogħol. Il-ktieb jinkludi wkoll riċerki…

Mintoff Meta Għamel Il-Praċett…

Ritratt li nnutajna kien dan tal-Perit Duminku Mintoff… Kien għadu kif għamel il-preċett. jidher li ttieħed fl-1921 u tidher ukoll firma/dedika li mhix ċara. Twieled fis-6 t’Awissu fl-1916 u tgħammed f’Bormla. Missieru kien kok man-Navy Ingliża u ommu kienet issellef il-flus biex tgħin in-nies. Attenda wkoll is-Seminarju u anke l-Università ta’ Malta u ggradwa b’Baċċelerat…

Kont Taf Li Taħt Il-Maċina Hemm Ix-Xelters?

Iva smajtu sew. Ritratti li ttellgħu fil-grupp Nostalgia Malta juru x-xelters ta’ taħt il-Maċina li ntużaw matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Impressjonanti tassew! Fl-istess grupp, intwera sapport li dawn għandhom ikunu rrestawrati u miftuħa għall-għajn pubblika. Il-kelma Maċina ġejja mill-kelma Taljana ‘Macchina’ fejn purament kienet tintuża bħala biex jitneħħew arbli minn fuq ix-xwieni fi żmien il-Kavallieri.…

“F’Malta Se Tinqered Id-Diskriminazzjoni Bejn In-Nisa U L-Irġiel Fl-Atti Pubbliċi” – Rosianne Cutajar

“Pass pass, neqirdu d-diskriminazzjoni sistematika f’pajjiżna.’ Hekk tenniet l-Onorevoli Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar fejn kompliet tgħid, li issa n-nisa u l-irġiel ser ikunu mitluba jagħtu l-istess informazzjoni f’atti pubbliċi, jiġifieri quddiem nutar meta jkunu iffirmati dokumenti. Ilbieraħ, il-Parlament approva b’mod unanimu, liġi li biha din id-diskriminazzjoni ser tinqered darba għal dejjem. Sostniet…

Ħames Swali Ġodda F’MUŻA B’Artisti Kbar Fosthom ‘Ix-Xitan Tal-Pinzell’

Heritage Malta se tiftaħ 5 swali ġodda fil-mużew MUŻA li fihom ser ikun hemm esebita arti ta’ artisti rinomati bħall-Mattia Preti, il-Franċiż Antoine Favray u l-artist magħruf Malti li kien imlaqqam ‘Ix-Xitan tal-Pinzell’; Giuseppe Calì, apparti artisti oħra ta’ żmienhom. Ser ikun hemm ukoll programm ta’ projezzjonijiet artistiċi bil-laser fil-bitħa tal-MUŻA matul il-jiem tal-festi tal-Milied.…