Araw Il-Ġmiel Tal-Istatwa Tal-Madonna Tal-Karmnu Tal-Belt

L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, li tmur lura għall-bidu tas-seklu 18, ġiet inawgurata mill-ġdid nhar il-Ħadd 13 ta’ Frar 2022. Dan sar waqt il-ftuħ tal-festi tal-400 sena mit-twaqqif tal-Fratellanza Madonna tal-Karmnu, Valletta. Ix-xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa tal-injam sar minn Atelier del Restauro Ltd. L-istatwa ġiet inawgurata mill-Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-provinċjal Patri Joe Saliba fis-Santwarju Bażilka…

Luzzu Jirbaħ Unur Ieħor – Din Id-Darba Fil-‘Film Independent Spirit Awards’

Il-Film Luzzu li ħareġ fl-2021 qed ikompli jirbaħ l-unuri. Din id-darba, Alex Camilleri; id-direttur tal-film rebaħ $25,000 wara li rebaħ it-titlu ‘Someone to Watch’ fil-Film Independent Spirit Awards. Luzzu jitratta storja ta’ sajjied lokali li kellu problemi biex jgħix tant li wasal biex jidħol fil-black market sabiex jirnexxielu jlaħħaq mal-ħajja. Dan is-suċċess ġie wara li l-istess…

Għall-Ewwel Darba Malta Ssib Ruħha Fi Skript Ta’ BlockBuster – Jurassic World Dominion

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-industrija tal-films f’pajjiżna, Malta sabet ruħha fl-iskript ta’ blockbuster. Ħabbar dan il-Kummissarju għall-Films Johann Grech fejn semma kif grazzi għal Colin trevorrow, fil-film Jurassic World Dominion, Malta ssir id-dar għad-dinosawri. Dan huwa pass ferm importanti għall-industrija tal-films f’Malta li kapaċi jiġbed iżjed films kbar u produzzjonijiet lejn pajjiżna. Dan il-film mistenni jkun…

Il-Maltin, F’Qalbhom Għandhom Lil San Pawl – Padrun Tal-Gżejjer

Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu u I-Għaqda tal-Pawlini tal-Belt Valletta iħabbru li nhar il-Ħamis 10 ta’ Frar, ser issir attività bil-vara ta’ San Pawl, li tgħalaq il-Festa 2022. L-attività li ser issir f’format seated, u li ser tkun organizzata skont il-protokolli kollha li jipproteġu s-saħħa pubblika, ser issir fi Triq San Pawl, u ser…

“Id-Dilettanti Tal-Festa Għandhom Iħarsu Lejn Ir-Rebbiegħa U S-Sajf B’Entużjażmu” – Il-Prim Ministru

“Kellna laqgħa pożittiva mal-Għaqda Każini tal-Baned u rappreżentanti tal-Kurja.” Hekk kiteb il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali tiegħu fejn semma kif anke fejn jidħlu l-festi u tradizzjonijiet reliġjużi rridu nibdew imorru lura għan-normalità. Qal li bħal f’kollox nagħmlu dan b’responsabbiltà, “iżda anke d-dilettanti tal-festi għandhom iħarsu lejn ir-rebbiegħa u s-sajf b’entużjażmu. “Mhux hekk biss.…

Jitħabbar Il-Qafas Tar-Rilassament Tal-Miżuri Preventivi Kontra L-Covid-19

Minn nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar 2022 se jitneħħa l-obbligu li jkun ippreżentat iċ-ċertifikat tal-vaċċin sabiex wieħed jaċċessa r-ristoranti, snack bars u każini. Dan filwaqt li mill-14 ta’ Frar 2022 se jitneħħa l-użu mandatorju taċ-ċertifikat tal-vaċċin biex persuna tidħol f’barijiet, swali taċ-ċinema, teatri, gyms u ċentri tal-fitness, pools, spas u saunas. Dan ħabbru d-Deputat Prim…

L-Inżul Tas-Silġ Tal-Bieraħ Huwa Wieħed Minn Sensiela Tul Is-Snin

Bħal-lum 25 ta’ Jannar tal-1998, partijiet minn Ħ’ Attard kienu nksew bis-silġ li mhux soltu jinżel fil-gżejjer Maltin. Dan kien ġara fi sfond ta’ maltemp qawwi. Kien ikkawżat minn arja ta’ pressjoni baxxa fuq il-Libja u li wara għaddiet fuq Malta. Mara li kienet f’Ħal Balzan, tkaxkret mal-ilmijiet u l-għada nstabet fi Triq il-Wied, Birkirkara.…

L-Ambaxxata Maltija Fil-Greċja Miksija Bil-Borra

Dehra mhux daqshekk komuni fil-Greċja hekk kif il-front kiesaħ imlaqqam ‘Elpis’ (li bil-Grieg ifisser tama) laqat diversi nħawi fil-pajjiż. L-Ambaxxata Maltija, b’palma tropikali quddiemha tidher bħal donnha kartolina hekk kif il-borra niżlet ġmielha. Bla dubju, il-bandiera Maltija u l-arma tar-Repubblika jinsabu hemm jesperjenzaw dan kollu. L-Ambaxxatur Malti għall-Greċja f’Ateni huwa l-Eċċellenza Tiegħu Joseph Cuschieri.