Julianne Marie Brincat B’Idea Kreattiva Għall-Maskla Waqt Covid-19

Ilkoll irridu nilbsu l-maskli. Protezzjoni u attenzjoni. Għalina wara kollox. Imma issa Julianne Marie Brincat minn Kreattiva Designs ħasbet fina wkoll; speċjalment jekk tħobbu tkunu ftit bi stil Malti mwaħħad magħkom. Maskla ħelwa b’karatteristiċi Maltin li tinħasel wara li tużaħha. Maskla li sservik għal ħafna żmien u anke tista’ tkun parti mil-istorja ta’ ħajtek għax…

“Niskuża Ruħi Li Lqajtkom Hawn Flok F’Nru.10 Downing Street” – Margaret Thatcher Lill-Prim Ministru Edward Fenech Adami

Fil-15 ta’ Settembru tal-1988 il-Prim Ministru Ngliż Margaret Thatcher laqgħet lill-Prim Ministru Malti Edward Fenech Adami f’Lancaster House fiċ-ċentru ta’ Londra għall-ikla ta’ nofs il-jum li saret għall-ħabta tas-13.00 Iżda flok kif isir is-soltu, fejn laqgħat simili ma’ kapijiet ta’ stat isiru f’Numru10 f’Downing Street (ir-resdenza tal-Prim Ministru fl-Ingilterra), din il-laqgħa saret f’Lancaster House. Ir-raġuni…

Għawdex Fost Ir-Rebbieħa… Imma Liema Huma Dawk Il-Pajjiżi Li M’Għandhomx Każi tal-Covid-19?

Ħafna drabi Għawdex jitqies ma’ Malta imma jekk kellna noħduh bħala gżira għalih, li ġeografikament hekk hu, huwa l-uniku pajjiż fl-Ewropa li attwalment kważi jinsab ħieles mill-Covid-19 b’każ wieħed irrapurtat illum mill-Professur Charmaine Gauci. Iżda pajjiżi oħra li din id-darba mhux għax bilfors huma ħielsa imma li ma rrapurtawx każi tal-Covid-19 insibu: il-gżejjer Solomon viċin…

Fil-Belt Valletta Kien Hemm Stazzjon Tal-Ferrovija

Tneħħa fl-1963   Il-Malta Railway kienet l-unika linja ferrovjarja li kien hawn fil-gżejjer Maltin; li tgħaqqad il-Belt Valletta mal-Mdina. Kienet tissejjaħ il-vapur tal-art. L-ewwel proposta biex tinbena l-linja saret fl-1870 minn J.S.Tucker. B’hekk l-ivvjaġġar bejn in-naħa u l-oħra kellu jkun ta’ inqas minn nofs siegħa. Fil-gazzetta The Malta Standard tal-1880 kien irrapurtat li pajjiżna ser…

Grupp Ta’ Tobba Issa Jgħinuk ‘Online’

Imnedija sistema ta’ konsultazzjoni medika b’xejn: Doctor.mt   Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, grupp ta’ tobba fuq inizjattiva tat-tabib Christopher Deguara flimkien mal-fundatur u Kap Eżekuttiv ta’ Cyberspace, Tony Cassar, nidew www.doctor.mt Dan huwa portal li jipprovdi lill-pubbliku pjattorma elettronika temporanja b’xejn li permezz tiegħu kulħadd jista’ jikseb aċċess għal informazzjoni medika korretta u aġġornata u jirċievi…

101 Persuna Arrestati Bħal-Lum Fl-Istorja

X’ġara fit-28 ta’ April 1958?   Għal April tal-1958, bosta ħaddiema mas-servizzi Ingliżi kienu nkwetati fuq is-sensji. Irridu nitakru li Malta ma baqgħetx daqshekk attraenti għall-Ingliżi għaliex issa spiċċat il-gwerra (allura bdew inaqqsu fl-infiq tagħhom minn pajjiżna) u mill-banda l-oħra ma ridux jitilfuna għaliex il-futur ħadd ma kien jaf x’fih u l-pożizzjoni tagħna, f’nofs ta’…

Meta Flok Bil-Mobile It-Tfal Maltin Kienu Jilagħbu Bix-Xejn

Qatt smajt biha?   Din il-logħba tissejjaħ taċ-ċampella għax ikollhom f’idhom ġebla tonda u ċatta, bħal ċagħqa li jgħidulha hekk. Dawk li jilagħbu aktarx kienu jimmarkaw iċ-ċampella tagħhom b’xi sinjal biex jagħrfuha. Biex jilagħbu l-ewwel kienu jqiegħdu ġebla żgħira jew xi sitt ħabbiet fl-art; hawn din il-ġebla jew sitt ħabbiet, tissejjaħ il-‘master’. Jaqtgħu t-tokk u…

Kif Binja Bħal Din Baqgħet F’Dan L-Istat?!

Żgur li qrajtu dwarha u anke forsi nnutajtuha xi drabi intom u deħlin f’Marsaxlokk; Villa Sans Souci. Il-villa mibnija mill-Professur Salvatore Luigi Pisani bħala r-residenza tiegħu fl-1870. Abbli tissejjaħ ‘sans souci’ biex tirreferi li hija villa bla kura u attenzjoni. Fil-fatt ‘sans souci’ bil-Franċiż tfisser propju hekk! Ritratt: Villa Sans Souci-Marsaxlokk/ Ghost Suqad Malta Jidher…